1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika soluzzjonijiet għal Ewropa interoperabbli u EIF fuq il-portal Ewropa Interoperabbli, b’mezzi elettroniċi, f’formati li jkunu miftuħa, li jinqraw mill-magni, aċċessibbli, għal persuni b’diżabilità f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102 (19) u (UE) 2019/882 (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistgħu jinstabu u li jistgħu jerġgħu jintużaw, jekk applikabbli, flimkien mal-kodiċi tas-sors dokumentat u mal-metadata tagħhom. Il-verżjonijiet tradotti b’mod awtomatiku tas-soluzzjonijiet tal-Ewropa Interoperabbli għandhom jiġu ppubblikati fuq il-portal Ewropa Interoperabbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.