3. Wara li tikkonsulta mal-Bord, il-Kummissjoni tista’ tadotta oqfsa oħra għall-interoperabbiltà (“oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà”) li jimmiraw lejn il-ħtiġijiet ta’ setturi jew livelli amministrattivi speċifiċi. L-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq l-EIF. Il-Bord għandu jivvaluta l-allinjament tal-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà mal-EIF. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.