+Artikolu 6 Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà u oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4

Artikolu 6 Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà u oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Il-Bord għandu jiżviluppa Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF). Għandu jissottometti l-EIF lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.. F’każ li l-Kummissjoni tadotta l-EIF, hi għandha tippubblika l-EIF f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6 2

2.   L-EIF għandu jipprovdi mudell u sett ta’ rakkomandazzjonijiet għall-interoperabbiltà legali, organizzazzjonali, semantika u teknika, kif ukoll għall- governanza tagħha, li jkunu indirizzati lill-entitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bl-għan li jiġu ffaċilitati l-interazzjonijiet ma’ xulxin permezz tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom. L-EIF għandu jitqies fil-valutazzjoni tal-interoperabbiltà imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Anness.

Artikolu 6 3

3.   Wara li tikkonsulta mal-Bord, il-Kummissjoni tista’ tadotta oqfsa oħra għall-interoperabbiltà (“oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà”) li jimmiraw lejn il-ħtiġijiet ta’ setturi jew livelli amministrattivi speċifiċi. L-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq l-EIF. Il-Bord għandu jivvaluta l-allinjament tal-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà mal-EIF. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.

Artikolu 6 4

4.   Meta Stat Membru jiżviluppa qafas nazzjonali għall-interoperabbiltà, u politiki, strateġiji jew linji gwida nazzjonali rilevanti oħrajn, huwa għandu jqis bis-sħiħ l-EIF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.