+Artikolu 11 Stabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4

Artikolu 11 Stabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà għandhom jitħaddmu taħt ir-responsabbiltà tal-entitajiet tal-Unjoni jew tal-korpi tas-settur pubbliku parteċipanti. Ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali minn korpi tas-settur pubbliku, għandhom jitħaddmu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data kif ukoll ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali, reġjonali jew lokali rilevanti oħra. Ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali mill-entitajiet tal-Unjoni għandhom jitħaddmu taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 11 2

2.   L-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi li ġejjin:

(a)

it-trawwim tal-innovazzjoni u jiffaċilita l-iżvilupp u t-tnedija ta’ soluzzjonijiet innovattivi ta’ interoperabbiltà diġitali għas-servizzi pubbliċi;

(b)

il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kompetenti u s-sinerġiji fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi;

(c)

il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea miftuħa tal-GovTech, inkluż il-kooperazzjoni ma’ SMEs, istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka u negozji ġodda;

(d)

it-titjib tal-fehim tal-awtoritajiet dwar l-opportunitajiet jew l-ostakli għall-interoperabbiltà transfruntiera ta’ soluzzjonijiet innovattivi ta’ interoperabbiltà, inklużi ostakli legali;

(e)

il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp jew għall-aġġornament ta’ soluzzjonijiet għal Ewropa interoperabbli;

(f)

il-kontribuzzjoni għal tagħlim regolatorju bbażat fuq l-evidenza;

(g)

it-titjib taċ-ċertezza tad-dritt u jikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet involuti fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u, meta xieraq, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

Artikolu 11 3

3.   Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida u kjarifiki, mingħajr preġudizzju għal liġi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 11 4

4.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord, fuq talba konġunta minn mill-inqas tliet parteċipanti, għandha tawtorizza l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà. Fejn xieraq, it-talba għandha tispeċifika informazzjoni bħal pereżempju l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali, l-atturi involuti u r-rwoli tagħhom, il-kategoriji ta’ data personali kkonċernati u s-sorsi tagħhom u l-perjodu ta’ żamma previst. Il-konsultazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Meta l-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà jiġi stabbilit għal soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà li jappoġġaw l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej minn entità waħda jew aktar tal-Unjoni, inkluż bil-parteċipazzjoni ta’ korpi tas-settur pubbliku, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.