+Artikolu 20 Monitoraġġ u evalwazzjoni
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
|
Artikolu 20 Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress tal-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej biex tappoġġa t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u l-azzjonijiet meħtieġa fl-Unjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-monitoraġġ għandu jagħti prijorità lill-użu mill-ġdid tad-data ta’ monitoraġġ tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali eżistenti u lill-ġbir awtomatizzat tad-data. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord fit-tħejjija tal-metodoloġija, l-indikaturi u l-proċess relatati mal-monitoraġġ.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. Fir-rigward ta’ suġġetti ta’ interess speċifiku għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timmonitorja:
|
(a)
|
il-progress fir-rigward tal-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej fl-Unjoni;
|
|
(b)
|
il-progress lejn l-implimentazzjoni tal-EIF mill-Istati Membri;
|
|
(c)
|
l-adozzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għal servizzi pubbliċi differenti madwar l-Istati Membri;
|
|
(d)
|
l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà ta’ sors miftuħ għas-servizzi pubbliċi, l-innovazzjoni tas-settur pubbliku u l-kooperazzjoni mal-atturi tal-GovTech, inkluż l-SMEs u n-negozji ġodda, fil-qasam tas-servizzi pubbliċi interoperabbli transfruntiera li jkunu ser jingħataw jew jiġu ġestiti b’mod elettroniku fl-Unjoni;
|
|
(e)
|
it-titjib tal-ħiliet fl-interoperabbiltà tas-settur pubbliku.
|
|
|
Artikolu 20 3
|
3. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq il-portal Ewropa Interoperabbli. Meta jkun fattibbli, dawn għandhom jiġu ppubblikati f’format li jinqara mill-magni.
|
|
Artikolu 20 4
|
4. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti u tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-interoperabbiltà fl-Unjoni. Dak ir-rapport għandu:
|
(a)
|
jiddeskrivi l-progress fir-rigward tal-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej fl-Unjoni;
|
|
(b)
|
jidentifika ostakli sinifikanti għall-implimentazzjoni kif ukoll xprunaturi lejn servizzi pubbliċi interoperabbli transfruntiera fl-Unjoni;
|
|
(c)
|
jiddeskrivi r-riżultati miksuba maż-żmien f’termini tal-implimentazzjoni tal-EIF, l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, it-titjib tal-ħiliet tal-interoperabbiltà, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà b’sors miftuħ għas-servizzi pubbliċi, u ż-żieda fl-innovazzjoni tas-settur pubbliku u l-kooperazzjoni mal-atturi GovTech.
|
|
|
Artikolu 20 5
|
5. Sat-12 ta’ Jannar 2028, u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għandu jinkludi konklużjonijiet tal-evalwazzjoni. Ir-rapport għandu jivvaluta speċifikament jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti soluzzjonijiet obbligatorji ta’ interoperabbiltà.
|
|
Artikolu 20 6
|
6. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jivvaluta b’mod partikolari:
|
(a)
|
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-interoperabbiltà transfruntiera bħala faċilitatur għal servizzi pubbliċi diġitali mingħajr xkiel u aċċessibbli fl-Unjoni;
|
|
(b)
|
l-effiċjenza akbar, inkluż bit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fil-proċessi ta’ tranżazzjoni online li jirriżulta mill-interoperabbiltà transfruntiera, fuq iċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari fuq l-SMEs u n-negozji ġodda;
|
|
(c)
|
il-ħtieġa għal kwalunkwe politika, miżura jew azzjoni addizzjonali li huma meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 20 7
|
7. Fejn iż-żmien tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jikkoinċidu, il-Kummissjoni tista’ tgħaqqad iż-żewġ rapporti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|