1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress tal-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej biex tappoġġa t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u l-azzjonijiet meħtieġa fl-Unjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-monitoraġġ għandu jagħti prijorità lill-użu mill-ġdid tad-data ta’ monitoraġġ tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali eżistenti u lill-ġbir awtomatizzat tad-data. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord fit-tħejjija tal-metodoloġija, l-indikaturi u l-proċess relatati mal-monitoraġġ.