+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Meta jirreġistra skont proċedura ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, ospitant għandu jissottometti dikjarazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għal kull unità:

(i) 

l-indirizz speċifiku tal-unità inkluż, fejn applikabbli, in-numru tiegħu, in-numru tal-kaxxa postali, jekk differenti, is-sular fejn tinsab l-unità, ir-referenza tar-reġistru tal-artijiet jew kwalunkwe tip ieħor ta’ informazzjoni li tippermetti li l-unità tiġi identifikata b’mod preċiż;

(ii) 

it-tip ta’ unità;

(iii) 

jekk l-unità tkunx offruta bħala parti mir-residenza primarja jew sekondarja tal-ospitant jew kollha kemm hi, jew għal skopijiet oħra;

(iv) 

l-għadd massimu ta’ sodod disponibbli u ta’ klijenti li l-unità takkomoda;

(v) 

fejn applikabbli, jekk l-unità hijiex soġġetta għal skema ta’ awtorizzazzjoni li skontha l-ospitant huwa meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni sabiex joffri servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir mill-awtorità kompetenti, u jekk dan ikun il-każ, jekk l-ospitant ikunx kiseb tali awtorizzazzjoni;

(b) 

meta ospitant ikun persuna fiżika:

(i) 

isem dik il-persuna;

(ii) 

numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuna;

(iii) 

l-indirizzi ta’ dik il-persuna;

(iv) 

in-numru ta’ kuntatt bit-telefown ta’ dik il-persuna;

(v) 

l-indirizz tal-posta elettronika li l-awtorità kompetenti tuża għal komunikazzjoni bil-miktub;

(c) 

meta ospitant ikun persuna ġuridika:

(i) 

isimha;

(ii) 

in-numru nazzjonali tar-reġistrazzjoni tan-negozju;

(iii) 

l-isem ta’ rappreżentant legali;

(iv) 

l-indirizz irreġistrat tagħha;

(v) 

in-numru ta’ kuntatt bit-telefown ta’ tal-anqas rappreżentant wieħed ta’ dik il-persuna ġuridika;

(vi) 

indirizz tal-posta elettronika li l-awtorità kompetenti tista’ tuża għal komunikazzjoni bil-miktub.

Artikolu 5 2.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni sottomessa skont il-paragrafu 1 tkun akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(v), meta l-ospitant jiddikjara li l-unità tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, jew fejn l-informazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 tippermetti determinazzjoni awtomatika li jkun japplika rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja tal-awtorizzazzjoni jew referenza ċara għaliha.
Artikolu 5 3.
Meta Stat Membru jeħtieġ li l-ospitanti jissottomettu aktar informazzjoni u dokumentazzjoni, inkluż informazzjoni u dokumentazzjoni dwar il-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (a), is-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-ħruġ tan-numru tar-reġistrazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 4(3), il-punt (b). Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu lill-ospitanti jiddikjaraw servizzi addizzjonali li jkunu anċillari għas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir.
Artikolu 5 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, meta jkun hemm bidla materjali fis-sitwazzjoni ssostanzjata mill-informazzjoni u mid-dokumentazzjoni pprovduti skont il-paragrafi 1 u 2, l-ospitanti għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aġġornament isir permezz tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (e).
Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni sottomessa skont proċedura ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tinżamm b’mod sigur u biss għal perjodu li jkun meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-unità u mhux iktar minn 18-il xahar wara li l-ospitant ikun indika, permezz tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (g), li l-unità jenħtieġ li titneħħa mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-ospitant skont il-paragrafi 1 u 2 jiġu pproċessati biss biex jinħareġ in-numru tar-reġistrazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli applikabbli tal-Istat Membru dwar l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-forniment tagħhom.
Artikolu 5 6.
L-ospitanti għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti skont dan l-Artikolu, kif ukoll tal-informazzjoni li jipprovdu lill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.