+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 10.
---+Artikolu 6 11.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fi kwalunkwe ħin wara li jkun inħareġ in-numru tar-reġistrazzjoni, jivverifikaw id-dikjarazzjoni u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn sottomessa minn ospitant skont l-Artikolu 5(1) u (2).
Artikolu 6 2.
Meta awtorità kompetenti, wara verifika skont il-paragrafu 1, issib li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 5(1) u (2) ma tkunx kompluta jew tkun skorretta, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-ospitant jirrettifika l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti permezz tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (e), fi żmien perjodu raġonevoli li jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 6 3.
Meta ospitant jonqos milli jirrettifika l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni mitluba skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tissospendi l-validità tan-numru jew tan-numri tar-reġistrazzjoni affettwati u li toħroġ ordni li titlob lill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kwalunkwe elenkar relatat mal-unità jew l-unitajiet inkwistjoni mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 6 4.
Meta awtorità kompetenti, wara verifika skont il-paragrafu 1, issib li jkun hemm dubji evidenti u serji fir-rigward tal-awtentiċità u l-validità tal-informazzjoni jew tad-dokumentazzjoni sottomessi skont l-Artikolu 5(1) u (2), din għandu jkollha s-setgħa li tissospendi l-validità tan-numri tar-reġistrazzjoni affettwati u li toħroġ ordni li titlob lill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir jipprovdu aktar informazzjoni biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tan-numru jew tan-numri tar-reġistrazzjoni affettwati, jew biex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kwalunkwe elenkar relatat mal-unità jew l-unitajiet inkwistjoni mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 6 5.
Meta awtorità kompetenti tkun biħsiebha tissospendi l-validità ta’ numru jew numri tar-reġistrazzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4, jew tirtira n-numru jew numri skont il-paragrafu 6, din għandha tinnotifika lill-ospitant bil-miktub fejn tiddikjara r-raġunijiet għal dik l-intenzjoni. L-ospitant għandu jingħata l-opportunità li jinstema’ u, meta jkun xieraq, li jirrettifika l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni inkwistjoni fi żmien perjodu raġonevoli li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti. Meta, wara li tkun semgħet lill-ospitant, l-awtorità kompetenti tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tissospendi, jew tirtira, il-validità ta’ numru jew numri tar-reġistrazzjoni, hija għandha tinnotifika lill-ospitant bil-miktub bid-deċiżjoni li tissospendi l-validità ta’ numru jew numri ta’ reġistrazzjoni, flimkien ma’ kopja tal-ordni msemmija fil-paragrafu 3 jew 4, jew tad-deċiżjoni li tirtira n-numru jew numri ta’ reġistrazzjoni, flimkien ma’ kopja tal-ordni f’konformità mal-paragrafu 6.
Artikolu 6 6.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta l-ospitant ikun naqas, permezz ta’ imġiba ħażina volontarja jew negliġenza serja, milli jirrettifika l-informazzjoni mitluba f’konformità mal-paragrafu 3, jew ikun ipprovda informazzjoni mhux awtentika jew invalida f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa jirtiraw in-numru jew in-numri tar-reġistrazzjoni u joħorġu ordni li titlob lill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kwalunkwe elenkar relatat mal-unità jew l-unitajiet inkwistjoni mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 6 7.

L-ordnijiet maħruġin skont il-paragrafi 3, 4 , 6 u 11 għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

dikjarazzjoni tar-raġunijiet;

(b) 

informazzjoni ċara li tippermetti lill-fornitur tal-pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir jidentifika u jillokalizza kwalunkwe elenkar ikkonċernat, bħal URL preċiż wieħed jew aktar u l-identità tal-awtorità kompetenti;

(c) 

meta disponibbli, l-identità tal-ospitant u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jew, meta applikabbli, kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tgħin biex jiġu identifikati l-ospitant u l-unità.

Artikolu 6 8.
Il-validità ta’ numru tar-reġistrazzjoni għandha tibqa’ sospiża sakemm l-ospitant ikun irrettifika l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet kompetenti. Wara li jirċievu, permezz tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (e), u jivverifikaw l-akkuratezza, il-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-ospitant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jerġgħu jattivaw in-numru tar-reġistrazzjoni.
Artikolu 6 9.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ospitanti dwar il-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli b’rabta mal-passi meħudin skont il-paragrafi 2 sa 6 u 8.
Artikolu 6 10.
Meta Stat Membru jeħtieġ li l-ospitanti jissottomettu aktar informazzjoni u dokumentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), u meta l-awtorità kompetenti ssib li jkun hemm dubji serji rigwardil-konformità mar-regoli nazzjonali, reġjonali jew lokali msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (a), hija tista’ tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għal din l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni dment li r-rekwiżit inkwistjoni ma jkunx diskriminatorju u jkun proporzjonat, u jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 6 11.
Meta tkun tapplika proċedura ta’ reġistrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi nazzjonali tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jordnaw lill-fornituri ta’ pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba u biex ineħħu l-elenkar relatat mal-unitajiet offruti mingħajr numru tar-reġistrazzjoni jew b’numru tar-reġistrazzjoni invalidu, jew fil-każijiet li jinvolvu l-użu ħażin ta’ numru tar-reġistrazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.