+Artikolu 11
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.

Artikolu 11

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali. Dawk il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt għall-amministrazzjonijiet rispettivi tagħhom għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-punt ta’ dħul diġitali uniku.

Il-koordinatur nazzjonali għal kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kuntatti mal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-punt ta’ dħul diġitali uniku. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-isem u bid-dettalji ta’ kuntatt tal-koordinatur nazzjonali tiegħu. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tmantni lista tal-koordinaturi nazzjonali u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

Artikolu 11 2.
B’dan huwa stabbilit il-grupp ta’ koordinazzjoni tal-punti ta’ dħul diġitali uniċi (“il-grupp ta’ koordinazzjoni”). Il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jkun magħmul mill-koordinatur nazzjonali minn kull Stat Membru u għandu jkun presedut mill-Kummissjoni. Il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-funzjonament tal-grupp ta’ koordinazzjoni. Il-grupp ta’ koordinazzjoni jista’, fejn xieraq, jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward ta’ punti speċifiċi, inkluż il-format armonizzat tal-kondiviżjoni tad-data.
Artikolu 11 3.

Il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-punti ta’ dħul diġitali uniċi. B’mod partikolari, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fi kwistjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10;

(b) 

jgħin lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-funzjonament tal-punti ta’ dħul diġitali uniċi, l-iskambju tad-data, u l-kontrolli awtomatizzati, inkluż kontrolli tal-elenkar u tan-numri tar-reġistrazzjoni kollha;

(c) 

jgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ approċċ komuni għall-format tal-messaġġi għat-trażmissjoni tad-data dwar l-attivitajiet u n-numri tar-reġistrazzjoni u, jekk ikun xieraq, ta’ struttura komuni tan-numri tar-reġistrazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.