|
+Artikolu 11 3. |
Artikolu 11 3.Il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-punti ta’ dħul diġitali uniċi. B’mod partikolari, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fi kwistjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10;
(b)
jgħin lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-funzjonament tal-punti ta’ dħul diġitali uniċi, l-iskambju tad-data, u l-kontrolli awtomatizzati, inkluż kontrolli tal-elenkar u tan-numri tar-reġistrazzjoni kollha;
(c)
jgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ approċċ komuni għall-format tal-messaġġi għat-trażmissjoni tad-data dwar l-attivitajiet u n-numri tar-reġistrazzjoni u, jekk ikun xieraq, ta’ struttura komuni tan-numri tar-reġistrazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|