|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.L-evalwazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1 għandha tivvaluta b’mod partikolari:
(a)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-obbligi imposti fuq pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir;
(b)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq id-disponibbiltà ta’ data relatata mal-forniment mill-ospitanti ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir offruti fl-Unjoni permezz ta’ pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir;
(c)
il-punt sa fejn il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies ir-rappurtar mill-awtoritajiet kompetenti;
(d)
sa fejn ikun possibbli, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kontenut, l-infurzar u l-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi nazzjonali relatati mal-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u mal-forniment tagħhom;
(e)
sa fejn ikun possibbli, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-effettività tal-infurzar u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livell transfruntier, fejn is-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jiġu pprovduti fuq bażi transfruntier; u
(f)
il-ħtieġa li jiġi stabbilit punt ta’ dħul diġitali uniku ċentralizzat fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi prevista interfaċċa unika għal pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir u tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tad-data dwar l-attivitajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|