+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Mhux aktar tard mis-20 ta’ Mejju 2031, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 u, fejn rilevanti, id-data trażmessa lill-Eurostat f’konformità mal-Artikolu 12(4).
Artikolu 18 2.

L-evalwazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1 għandha tivvaluta b’mod partikolari:

(a) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-obbligi imposti fuq pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir;

(b) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq id-disponibbiltà ta’ data relatata mal-forniment mill-ospitanti ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir offruti fl-Unjoni permezz ta’ pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir;

(c) 

il-punt sa fejn il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies ir-rappurtar mill-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

sa fejn ikun possibbli, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kontenut, l-infurzar u l-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi nazzjonali relatati mal-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u mal-forniment tagħhom;

(e) 

sa fejn ikun possibbli, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-effettività tal-infurzar u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livell transfruntier, fejn is-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jiġu pprovduti fuq bażi transfruntier; u

(f) 

il-ħtieġa li jiġi stabbilit punt ta’ dħul diġitali uniku ċentralizzat fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi prevista interfaċċa unika għal pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir u tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tad-data dwar l-attivitajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.