+Artikolu 3
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
|
Artikolu 3
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-materja prima, inkluża dik f’format mhux ipproċessat, fi kwalunkwe stadju tal-ipproċessar u meta tokkorri bħala prodott sekondarju ta’ estrazzjoni, proċessar jew proċessi tar-riċiklaġġ oħrajn, elenkata fl-Anness I, it-Taqsima 1, għandha titqies bħala materja prima strateġika.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-Anness I, it-Taqsima 1, sabiex taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika. Lista aġġornata tal-materja prima strateġika għandha tinkludi, minn fost il-materja prima vvalutata, il-materja prima li tkun fost dik bl-akbar importanza strateġika, bl-akbar tkabbir previst fid-domanda u bl-akbar diffikultà biex iżżid il-produzzjoni. L-importanza strateġika, it-tkabbir previst fid-domanda u d-diffikultà biex iżżid il-produzzjoni għandhom jiġu determinati f’konformità mal-Anness I, it-Taqsima 2.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika sal-24 ta’ Mejju 2027, u kull tliet snin wara dan. Fuq talba tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika stabbilit fl-Artikolu 35 (“il-Bord”) abbażi ta’ monitoraġġ u ttestjar tal-istress f’konformità ma’ dan ir-Regolament„ il-Kummissjoni, flimkien mar-rieżamijiet regolari, għandha tirrieżamina u, fejn ikun xieraq, taġġorna l-lista ta’ materja prima strateġika fi kwalunkwe ħin. Bħala parti mill-ewwel aġġornament tal-lista ta’ materja prima strateġika skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tivvaluta jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness I, it-Taqsima 2, il-grafit sintetiku għandux jibqa’ fuq il-lista tal-materja prima strateġika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|