+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Wara applikazzjoni mill-promotur tal-proġett u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi bħala Proġetti Strateġiċi dawk il-proġetti tal-materja prima li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-proġett jagħti kontribut sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika;

(b) 

il-proġett ikun jew ikun se jsir fattibbli teknikament fi żmien raġonevoli u l-volum tal-produzzjoni mistenni tal-proġett jista’ jiġi stmat b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja;

(c) 

il-proġett jitwettaq b’mod sostenibbli, b’mod partikolari fejn jidħlu l-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti fuq l-ambjent, il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi soċjalment permezz tal-użu ta’ prattiki soċjalment responsabbli inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet tal-popli indiġeni u tax-xogħol, b’mod partikolari fil-każ ta’ risistemazzjoni involontarja, il-potenzjal għal ħolqien ta’ impjieg ta’ kwalità u l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet lokali u mas-sħab soċjali rilevanti, u l-użu ta’ prattiki kummerċjali trasparenti b’politiki tal-konformità adegwati biex jiġu evitati u minimizzati r-riskji tal-impatti negattivi fuq il-funzjonament xieraq tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-korruzzjoni u t-tixħim;

(d) 

għall-proġetti fl-Unjoni, l-istabbiliment, l-operazzjoni jew il-produzzjoni tal-proġett ikollhom benefiċċji transfruntieri lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż għas-setturi downstream;

(e) 

għall-proġetti fil-pajjiżi terzi li huma swieq emerġenti jew ekonomiji li qed jiżviluppaw, il-proġett ikollu benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u għall-pajjiż terz ikkonċernat billi jżid il-valur f’dak il-pajjiż terz.

Artikolu 6 2.
L-issodisfar tal-kriterji għar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni f’konformità mal-elementi u l-evidenza stabbiliti fl-Anness III.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-Anness III u tadatta l-elementi u l-evidenza li jridu jitqiesu waqt il-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji għar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-progress tekniku u xjentifiku jew biex jitqiesu bidliet fl-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness III, il-punt 5, jew l-adozzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti ġodda għall-issodisfar tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6 3.
Ir-rikonoxximent ta’ proġett bħala Proġett Strateġiku skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa r-rekwiżiti applikabbli għall-proġett rilevanti jew għall-promotur tal-proġett skont il-liġi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.