+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-promotur tal-proġett għandu, kull sentejn wara d-data tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, jissottometti rapport lill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni mill-inqas dwar:
(a)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-Proġett Strateġiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess tal-għoti ta’ permessi;
(b)
fejn rilevanti, ir-raġunijiet għad-dewmien meta mqabbel mal-iskeda taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), u pjan biex jingħeleb tali dewmien;
(c)
il-progress fil-finanzjament tal-Proġett Strateġiku, inkluż informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju pubbliku.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti kopja tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Bord sabiex tiffaċilita d-diskussjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(7), il-punt (c).
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, titlob informazzjoni addizzjonali oħra mingħand il-promoturi tal-proġett li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Proġett Strateġiku biex jiġi aċċertat l-issodisfar kontinwu tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-promotur tal-proġett għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar:
(a)
bidliet fil-Proġett Strateġiku li jaffettwaw l-issodisfar min-naħa tiegħu tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1);
(b)
bidliet fil-kontroll tal-impriżi involuti fil-Proġett Strateġiku fuq bażi dejjiema, meta mqabbla mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (e).
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudell uniku għall-promoturi tal-proġetti biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-mudell uniku jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-firxa ta’ dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi komplut il-mudell uniku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tkun raġonevoli.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-promotur tal-proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna regolarment is-sit web tal-impriża jew sit web iddedikat għall-proġett b’informazzjoni rilevanti għall-popolazzjoni lokali u li jrawwem l-aċċettazzjoni tal-pubbliku dwar il-Proġett Strateġiku, inkluż tal-anqas informazzjoni dwar l-impatti u l-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi assoċjati mal-Proġett Strateġiku. Il-parti rilevanti tas-sit web tal-impriża jew tas-sit web iddedikat għall-proġett għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku mingħajr ħlas u ma għandhiex teħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni personali (sit web b’aċċess liberu). Għandha tkun disponibbli b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-popolazzjoni lokali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|