+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
|
Artikolu 9
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Sal-24 ta’ Frar 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jiddeżinjaw awtorità waħda jew aktar bħala punt ta’ kuntatt uniku. Fejn Stat Membru jistabbilixxi jew jiddeżinja iktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, għandu jiżgura li jkun hemm tali punt ta’ kuntatt wieħed biss għal kull livell amministrattiv rilevanti u stadju tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fejn Stat Membru jistabbilixxi jew jiddeżinja iktar minn punt ta’ kuntatt wieħed skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jipprovdi sit web sempliċi u aċċessibbli li fih il-punti ta’ kuntatt kollha, inkluż l-indirizz tagħhom u l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, jkunu elenkati u kategorizzati b’mod ċar skont il-livell amministrattiv rilevanti u l-istadju tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika. Is-sit web jista’ jkollu wkoll kontenut ipprovdut skont l-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Il-punti ta’ kuntatt uniku stabbiliti jew iddeżinjati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu (punti ta’ kuntatt uniku) għandhom ikunu responsabbli biex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċess tal-għoti ta’ permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika u jipprovdu informazzjoni dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 18, inkluża l-informazzjoni dwar meta applikazzjoni tkun meqjusa bħala kompluta skont l-Artikolu 11(6). Huma għandhom jikkoordinaw u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta’ kwalunkwe dokumenti u informazzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett u għandu jassisti lill-promotur tal-proġett biex jifhem aħjar kwalunkwe kwistjoni amministrattiva rilevanti għall-proċess tal-għoti ta’ permessi.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-promoturi tal-proġett ta’ materja prima kritika għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw lill-unità amministrattiva rilevanti, fi ħdan il-punt ta’ kuntatt uniku, responsabbli għall-kompiti previsti f’dan l-Artikolu. Jekk l-unità amministrattiva rilevanti tinbidel, hija għandha tkompli taqdi r-responsabbiltajiet tagħhom stabbiliti f’dan il-paragrafu, sakemm il-promotur tal-proġett ikun ġie nnotifikat b’tali bidla.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Il-promoturi tal-proġetti għandhom jitħallew jissottomettu d-dokumenti kollha rilevanti għall-proċess tal-għoti ta’ permessi b’format elettroniku.
|
|
Artikolu 9 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe studju validu mwettaq, jew permessi jew awtorizzazzjonijiet maħruġa, għal proġett partikolari tal-materja prima kritika jitqiesu u li ebda studju, permess jew awtorizzazzjoni duplikati ma jkunu meħtieġa, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 9 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni u proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar il-proċess tal-għoti ta’ permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika, inkluż, fejn applikabbli, dwar mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim.
|
|
Artikolu 9 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt uniku ikollhom għadd suffiċjentita’ persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi suffiċjenti meħtieġa, biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|