+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-Proġetti Strateġiċi għandhom jitqiesu li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Fir-rigward tal-impatti ambjentali jew l-obbligi indirizzati fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 16(1), il-punt (c), tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/147/KE jew fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni rigward ir-restawr ta’ ekosistemi terrestri, kostali u tal-ilma ħelu, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku jew li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, u jistgħu jitqiesu li għandhom interess pubbliku prevalenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawk l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Biex tkun żgurata amministrazzjoni effiċjenti tal-proċess tal-għoti ta’ permessi relatat mal-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet kollha kkonċernati għandhom jiżguraw li dak il-proċess jiġi mwettaq bl-aktar mod rapidu possibbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fil-liġi tal-Unjoni, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jingħataw l-istatus tal-akbar importanza nazzjonali possibbli, meta tali status ikun jeżisti fil-liġi nazzjonali, u jiġu ttrattati skont dan fil-proċessi tal-għoti ta’ permessi.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji relatati mal-proċess tal-għoti ta’ permessi u l-għoti ta’ permessi għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni quddiem kwalunkwe qorti, tribunal jew bord nazzjonali, inkluż fir-rigward tal-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, fejn dawn ikunu jeżistu fil-liġi nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sa fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza u dment li jiġu rispettati d-drittijiet normalment applikabbli tad-difiża tal-individwi jew tal-komunitajiet lokali. Il-promoturi tal-proġetti tal-Proġetti Strateġiċi għandhom jipparteċipaw f’tali proċeduri ta’ urġenza, fejn applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|