+Artikolu 11
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.

Artikolu 11

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-proċess tal-għoti ta’ permessi ma għandux jaqbeż:

(a) 

is-27 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni;

(b) 

il-15-il xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.

Artikolu 11 2.

B’deroga mill-paragrafu 1, għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni li kienu soġġetti għall-proċess tal-għoti ta’ permessi qabel ma ġew rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi u għall-estensjonijiet tal-Proġetti Strateġiċi eżistenti li diġà ngħatalhom permess, it-tul tal-proċess tal-għoti ta’ permessi wara li l-proġett ikun rikonoxxut bħala Proġett Strateġiku ma għandux jaqbeż:

(a) 

l-24 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni;

(b) 

it-12-il xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.

Artikolu 11 3.
Meta tkun meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2011/92/UE, il-pass tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g)(i), ta’ dik id-Direttiva ma għandux ikun inkluż fid-durata tal-proċess tal-għoti ta’ permessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 11 4.

F’każijiet eċċezzjonali, meta n-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-Proġett Strateġiku jeżiġu dan, l-Istati Membri jistgħu jestendu, qabel l-iskadenza tagħhom u fuq bażi ta’ każ b’każ, il-limiti taż-żmien imsemmija fi:

(a) 

il-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2, il-punt (a), b’massimu ta’ sitt xhur;

(b) 

il-paragrafu 1, il-punt (b), u l-paragrafu 2, il-punt (b), sa massimu ta’ tliet xhur,

Fkaż ta’ tali estensjoni, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jinforma bil-miktub lill-promotur tal-proġett bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data ta’ skadenza meta tkun mistennija d-deċiżjoni komprensiva.

Artikolu 11 5.
B’deroga mill-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2011/92/UE, id-determinazzjoni ta’ jekk Proġett Strateġiku għandux ikun suġġett għal valutazzjoni f’konformità mal-Artikoli 5 sa 10 ta’ dik id-Direttiva għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 11 6.
Sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi applikazzjoni għall-għoti ta’ permessi relatata ma’ Proġett Strateġiku, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jirrikonoxxi li l-applikazzjoni hija kompluta jew, jekk il-promotur tal-proġett ma kienx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi pproċessata applikazzjoni, jitlob lill-promotur tal-proġett jissottometti applikazzjoni kompluta mingħajr dewmien żejjed, u fiha jispeċifika liema informazzjoni hija nieqsa. Fejn l-applikazzjoni sottomessa tkun meqjusa mhux kompluta għat-tieni darba, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat ma għandux jitlob informazzjoni f’oqsma li mhumiex koperti fl-ewwel talba għal informazzjoni addizzjonali u għandu jkun intitolat biss jitlob iktar evidenza biex jikkompleta l-informazzjoni identifikata bħala nieqsa.

Id-data tar-rikonoxximent imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun il-bidu tal-proċess tal-għoti ta’ permessi.

Artikolu 11 7.
Sa mhux aktar tard mid-data tar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jfassal, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, skeda dettaljata għall-proċess tal-għoti ta’ permessi. L-iskeda għandha tiġi ppubblikata mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 8(5). Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jaġġorna l-iskeda fil-każ ta’ tibdil sinifikanti li potenzjalment jaffettwa l-ippjanar tad-deċiżjoni komprensiva.
Artikolu 11 8.
Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jinnotifika l-promotur tal-proġett meta rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/92/UE jkun dovut, b’kont meħud tal-organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti ta’ permessi fl-Istat Membru kkonċernat u l-ħtieġa biex jingħata biżżejjed ħin għall-valutazzjoni tar-rapport. Il-perjodu bejn l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u s-sottomissjoni proprja ta’ dak ir-rapport ma għandux jingħadd bħala parti mid-durata tal-proċess tal-għoti ta’ permessi msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 11 9.
Meta l-konsultazzjoni skont l-Artikolu 1(2), il-punt (g)(ii), tad-Direttiva 2011/92/UE tirriżulta fil-ħtieġa li r-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent jiġi ssupplimentat b’informazzjoni addizzjonali, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat jista’ jagħti lill-promotur tal-proġett l-opportunità li jipprovdi informazzjoni addizzjonali. F’dak il-każ, dak il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jinnotifika l-promotur tal-proġett meta tkun dovuta l-informazzjoni addizzjonali, u dan għandu jseħħ mhux qabel 30 jum wara n-notifika. Il-perjodu bejn l-iskadenza biex tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali u s-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni ma għandux jingħadd mad-durata tal-proċess tal-għoti ta’ permessi msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 11 10.
Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u r-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.

Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal kwalunkwe mill-proċeduri tal-għoti ta’ permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.