+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Meta valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent hija meħtieġa għal Proġett Strateġiku f’konformità mal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, il-promotur tal-proġett rilevanti għandu jitlob, mhux aktar tard minn 30 jum wara n-notifika tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku u qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni, opinjoni mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat dwar l-ambitu u l-livell tad-dettall tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jiżgura li l-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tinħareġ malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx il-45 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-opinjoni mill-promotur tal-proġett.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi li l-obbligu għalihom li jwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, 2008/98/KE, 2009/147/KE, 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata proċedura koordinata jew konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dawk l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni. Skont il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina d-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett partikolari meħtieġa mill-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni. Skont il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi valutazzjoni unika tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett partikolari meħtieġa mill-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati joħorġu l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g)(iv), tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent ta’ Proġett Strateġiku fi żmien 90 jum minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva u wara li jlestu l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12 4.
|
F’każijiet eċċezzjonali, meta n-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-proġett propost jeżiġu dan, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 3 sa massimu ta’ 20 jum, qabel l-iskadenza tagħhom u abbażi ta’ każ b’każ. F’dak il-każ, il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu jinforma bil-miktub lill-promotur tal-proġett bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u l-iskadenza għall-konklużjoni motivata tiegħu.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Fil-każ ta’ Proġetti Strateġiċi, l-iskeda taż-żmien għall-konsultazzjoni tal-pubbliku kkonċernat kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (e), tad-Direttiva 2011/92/UE u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-Direttiva dwar ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva ma għandhiex tkun itwal minn 85 jum u, f’konformità mal-Artikolu 6(7) ta’ dik id-Direttiva, mhux iqsar minn 30 jum. F’każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-proġett propost jeżiġu dan, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jestendi l-iskeda taż-żmien b’massimu ta’ 40 jum addizzjonali. Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat għandu
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-proċess tal-għoti ta’ permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti ta’ permessi qabel ma jkunu ġew rikonoxxuti bħala Proġett Strateġiku. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw għall-proċess tal-għoti ta’ permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti ta’ permessi qabel ma jkunu ġew rikonoxxuti bħala Proġett Strateġiku biss sal-punt li l-passi indirizzati f’dawk il-paragrafi jkunu għadhom ma tlestewx.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|