+Artikolu 19
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.

Artikolu 19

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Sal-24 ta’ Mejju 2025, kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali tal-esplorazzjoni ġenerali maħsub għall-materja prima kritika u minerali trasportaturi ta’ materja prima kritika. Dawk il-programmi nazzjonali għandhom jiġu rieżaminati u mill-anqas kull ħames snin jiġu aġġornati jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 19 2.

Il-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu miżuri biex tiżdied l-informazzjoni disponibbli dwar l-okkorrenzi ta’ materja prima kritika tal-Unjoni. Dawn għandhom jinkludu, skont kif ikun xieraq, il-miżuri li ġejjin:

(a) 

immappjar tal-minerali fuq skala adattata;

(b) 

kampanji ġeokimiċi, inkluż biex jiġu stabbiliti l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-ħamrija, tas-sedimenti jew tal-blat;

(c) 

stħarriġ ġeoxjentifiku, bħal stħarriġ ġeofiżiku;

(d) 

ipproċessar tad-data miġbura bl-esplorazzjoni ġenerali, inkluż bl-iżvilupp ta’ mapep predittivi;

(e) 

ipproċessar mill-ġdid tad-data eżistenti tal-istħarriġ ġeoxjentifiku biex jiġu verifikati okkorrenzi minerali mhux identifikati li fihom il-materja prima kritika u minerali trasportaturi tal-materja prima kritika.

Artikolu 19 3.
Meta l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi ta’ Stat Membru jkunu tali li, bi grad għoli ta’ ċertezza, ebda depożiti ta’ materja prima kritika jew minerali trasportaturi tagħhom ma jkunu se jiġu identifikati permezz tal-miżuri elenkati fil-paragrafu 2, il-programm nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jikkonsisti f’evidenza xjentifika għal dak l-effett. Tali evidenza għandha tiġi aġġornata, fil-kuntest tar-rieżami regolari tal-programm nazzjonali, biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-lista tal-materja prima kritika.
Artikolu 19 4.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 19 5.
L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tagħhom sottomessi skont l-Artikolu 45, jipprovdu informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 19 6.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu mapep li juru informazzjoni bażika dwar l-okkorrenzi minerali li jkun fihom il-materja prima kritika miġbura bil-miżuri stabbiliti fil-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu. Dik l-informazzjoni għandha, fejn applikabbli, tinkludi l-klassifikazzjoni tal-okkorrenzi identifikati bil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi. Għandha tkun disponibbli informazzjoni aktar dettaljata, inkluż data ġeokimika u ġeofiżika b’riżoluzzjoni xierqa u mmappjar ġeoloġiku fuq skala kbira, meta tintalab.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell biex l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ssir disponibbli. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 19 7.

Filwaqt li jqis il-kooperazzjoni eżistenti dwar l-esplorazzjoni ġenerali, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (c), għandu jiddiskuti l-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-implimentazzjoni tagħhom, inkluż mill-inqas:

(a) 

il-potenzjal ta’ kooperazzjoni, inkluż dwar l-esplorazzjoni ta’ okkorrenzi minerali transfruntieri u formazzjonijiet ġeoloġiċi komuni;

(b) 

l-aqwa prattiki relatati mal-miżuri elenkati fil-paragrafu 2;

(c) 

il-possibbiltà li tinħoloq bażi tad-data integrata għall-ħżin tar-riżultati tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.