|
+Artikolu 22 2. |
Artikolu 22 2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-istokkijiet strateġiċi miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi kollha, il-kumpaniji pubbliċi jew l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn Stat Membru biex isaħħu l-istokkijiet strateġiċi f’ismu u għandha mill-anqas tinkludi deskrizzjoni ta’:
(a)
il-livell tal-istokkijiet strateġiċi disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, fuq livell aggregat, imkejjel bħala tunnellati u bħala persentaġġ tal-konsum nazzjonali annwali tal-materja prima strateġika rilevanti, kif ukoll il-forma kimika u l-purità tal-materja prima maħżuna;
(b)
l-evoluzzjoni tal-livell tal-istokkijiet strateġiċi disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, fuq livell aggregat, tul il-ħames snin preċedenti;
(c)
kwalunkwe regola jew proċedura applikabbli għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi, dment li l-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni ma tipperikolax il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jew tan-negozju jew informazzjoni kklassifikata, kunfidenzjali jew sensittiva oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|