+Artikolu 22
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
|
Artikolu 22
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tagħhom sottomessi skont l-Artikolu 45, jissottomettu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-istokkijiet strateġiċi tagħhom tal-materja prima strateġika. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar ċerti stokkijiet strateġiċi meta tali informazzjoni tista’ tikkomprometti d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali tagħhom. Fejn Stat Membru jirrifjuta jipprovdi tali informazzjoni, huwa għandu jipprovdi avviż ġustifikat.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-istokkijiet strateġiċi miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi kollha, il-kumpaniji pubbliċi jew l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn Stat Membru biex isaħħu l-istokkijiet strateġiċi f’ismu u għandha mill-anqas tinkludi deskrizzjoni ta’:
(a)
il-livell tal-istokkijiet strateġiċi disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, fuq livell aggregat, imkejjel bħala tunnellati u bħala persentaġġ tal-konsum nazzjonali annwali tal-materja prima strateġika rilevanti, kif ukoll il-forma kimika u l-purità tal-materja prima maħżuna;
(b)
l-evoluzzjoni tal-livell tal-istokkijiet strateġiċi disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, fuq livell aggregat, tul il-ħames snin preċedenti;
(c)
kwalunkwe regola jew proċedura applikabbli għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi, dment li l-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni ma tipperikolax il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jew tan-negozju jew informazzjoni kklassifikata, kunfidenzjali jew sensittiva oħra.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu informazzjoni dwar l-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima kritika u ta’ materja prima oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|