+Artikolu 24
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
|
Artikolu 24
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Sal-24 ta’ Mejju 2025 u fi żmien 12-il xahar minn kull aġġornament tal-lista ta’ materja prima strateġika skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-kumpaniji kbar li joperaw fuq it-territorju tagħhom li jużaw il-materja prima strateġika biex jimmanifatturaw batteriji għall-ħżin tal-enerġija u l-mobbiltà elettronika, tagħmir relatat mal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-idroġenu, tagħmir relatat mal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inġenji tal-ajru, muturi tat-trazzjoni, pompi tas-sħana, tagħmir relatat mat-trażmissjoni u l-ħżin tad-data, apparati elettroniċi mobbli, tagħmir relatat mal-manifattura tal-addittivi, tagħmir relatat mar-robotika, droni, lanċaturi tar-rokits, satelliti jew ċipep avvanzati.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Il-kumpaniji kbar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, mill-inqas kull tliet snin u sal-punt li l-informazzjoni rikjesta tkun disponibbli għalihom, iwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista tal-materja prima tagħhom tal-materja prima strateġika, li tinkludi:
(a)
immappjar ta’ fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima strateġika li jużaw;
(b)
analiżi tal-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-provvista tal-materja prima strateġika tagħhom;
(c)
valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tagħhom għat-tfixkil tal-provvista.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma ssirx disponibbli għall-kumpaniji kbar kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-fornituri tagħhom meta din tintalab, huma jistgħu jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom abbażi tal-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4), jew ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament mod ieħor, safejn ikun possibbli.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Jekk jiġu identifikati vulnerabbiltajiet sinifikanti għat-tfixkil fil-provvista bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju msemmi fil-paragrafu 2, il-kumpaniji kbar kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu sforz biex itaffu dawk il-vulnerabbiltajiet, inkluż billi jivvalutaw il-possibbiltà li jiddiversifikaw il-ktajjen tal-valur tal-materja prima tagħhom jew li jissostitwixxu l-materja prima strateġika.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Il-kumpaniji kbar kif imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jippreżentaw rapport lill-bord tad-diretturi tagħhom li jkun fih ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż is-sors tal-informazzjoni li fuqha hija bbażata l-valutazzjoni, kwalunkwe riskju sinifikanti identifikat kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni previsti jew implimentati.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-kumpaniji kbar kif imsemmi fil-paragrafu 1 biex jippreżentaw lill-bord tad-diretturi tagħhom ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, u t-talbiet għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|