+Artikolu 28
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.
---+Artikolu 28 10.
---+Artikolu 28 11.
---+Artikolu 28 12.

Artikolu 28

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.

Minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, ġeneraturi tal-enerġija eolika, robots industrijali, vetturi bil-mutur, mezzi tat-trasport ħfief, ġeneraturi tat-tkessiħ, pompi tas-sħana, muturi elettriċi, inkluż fejn muturi elettroniċi jkunu integrati fi prodotti oħra, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatiċi, magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, microwaves, vacuum cleaners jew magni tal-ħasil tal-platti għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkollhom tikketta li tidher, tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika:

(a) 

jekk dawk il-prodotti jinkorporawx kalamita permanenti waħda jew aktar;

(b) 

jekk il-prodott jinkorporax kalamita permanenti waħda jew aktar, jekk dawk il-kalamiti permanenti jappartjenux għal xi wieħed mit-tipi li ġejjin:

(i) 

neodimju-ħadid-boron;

(ii) 

samarju-kobalt;

(iii) 

aluminju-nikil-kobalt;

(iv) 

ferrite.

Artikolu 28 2.
Sal- ►C1  24 ta’ Novembru 2025 ◄ , il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).
Artikolu 28 3.
Minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar tat-tipi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha tiżgura li fuq il-prodott jew fil-prodott ikun hemm trasportatur tad-data.
Artikolu 28 4.

It-trasportatur tad-data msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun marbut ma’ identifikatur uniku tal-prodott li jipprovdi aċċess għal dan li ġej:

(a) 

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(b) 

informazzjoni dwar il-piż, il-post u l-kompożizzjoni kimika tal-kalamiti permanenti individwali kollha inklużi fil-prodott, u dwar il-preżenza u t-tip ta’ kisi tal-kalamiti, kolol u kull addittiv użat;

(c) 

informazzjoni li tippermetti l-aċċess u t-tneħħija sikura tal-kalamiti permanenti kollha inkorporati fil-prodott, li mill-inqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-kalamita permanenti, mingħajr preġudizzju għall-provvista ta’ informazzjoni lill-faċilitajiet tat-trattament skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.

Artikolu 28 5.
Għall-prodotti meta l-kalamiti permanenti inkorporati jkunu jinsabu esklussivament f’mutur elettriku wieħed jew aktar inkorporati fil-prodott, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar il-post ta’ dawk il-muturi elettriċi, u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar l-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi, li mill-inqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi.
Artikolu 28 6.
Għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 li għalihom hu meħtieġ passaport tal-prodott skont att legali ieħor tal-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi inkluża f’dak il-passaport tal-prodott.
Artikolu 28 7.
Il-persuna fiżika jew ġuridikali tqiegħed prodott imsemmi fil-paragrafu 3 fis-suq għandha tiżgura li informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tkun kompluta, aġġornata, u eżatta u tibqa’ disponibbli għal perjodu mill-anqas sa għaxar snin wara t-tul tal-ħajja tipiku tal-prodott, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. Dik il-persuna tista’ tawtorizza persuna fiżika jew ġuridika oħra biex taġixxi f’isimha.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tirreferi għall-mudell tal-prodott jew, meta l-informazzjoni tkun differenti bejn unitajiet tal-istess mudell, għal lott jew unità partikolari. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun aċċessibbli għas-sewwejja, ir-riċiklaturi, għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-awtoritajiet doganali.

Artikolu 28 8.
Meta r-rekwiżiti tal-informazzjoni relatati mar-riċiklaġġ tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ta’ xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-prodotti kkonċernati minflok dan l-Artikolu.
Artikolu 28 9.
Il-prodotti ddisinjati primarjament għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 28 10.
Mill-24 ta’ Mejju 2029, dan l-Artikolu għandu japplika għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L.
Artikolu 28 11.

Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:

(a) 

vetturi bi skop speċjali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(b) 

partijiet ta’ vettura, għajr mill-vettura bazi, li ġew approvati skont it-tip f’approvazzjoni skont it-tip ta’ diversi stadji tal-kategoriji N1, N2, N3, M2 jew M3;

(c) 

vetturi prodotti f’serje żgħar, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2018/858.

Artikolu 28 12.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi lista tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħqudaf’konformità mal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 9 ) u deskrizzjonijiet tal-prodott li jikkorrispondu għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet doganali fir-rigward ta’ dawk il-prodotti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 29.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.