+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.

Artikolu 29

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Sal-24 ta’ Mejju 2027 jew sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2, skont liema minnhom jiġi l-aħħar, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fl-Artikolu 28(1) li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-punt (b), (i), (ii) u (iii), u li għalihom il-piż totali ta’ dawn il-kalamiti permanenti kollha jaqbeż iż-0,2  kg, għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu s-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodott.
Artikolu 29 2.
Sal-24 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jispeċifikaw il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tal-prodotti kkonċernati. Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

(a) 

jekk il-modulu kkonċernat hux xieraq għat-tip ta’ prodott u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit;

(b) 

in-natura tar-riskji preżentati mill-prodott u sa fejn il-valutazzjoni tal-konformità tikkorrispondi għat-tip u l-grad tar-riskju;

(c) 

meta l-involviment tal-partijiet terzi jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

Artikolu 29 3.
Wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont il-paragrafu 2, u fi kwalunkwe każ sal-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplementaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi ishma minimi għan-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, il-boron, is-samarju, in-nikil u l-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jridu jkunu preżenti fil-kalamita permanenti inkorporata fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu japplikaw ishma minimi differenti għal prodotti diftferenti u jistgħu jeskludu ċerti prodotti. Huma għandhom jipprevedu perjodi tranżizzjonali aġġustati skont id-diffikultà ta’ adattament tal-prodotti koperti mill-miżura, biex tkun żgurata l-konformità.

Is-sehem minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni minn qabel tal-impatti, filwaqt li jitqiesu:

(a) 

id-disponibbiltà eżistenti u mbassra tan-neodimju, tad-disprożju, tal-praseodimju, tat-terbju, tal-boron, tas-samarju, tan-nikil u tal-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum;

(b) 

l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1 u d-distribuzzjoni relattiva tas-sehem tal-kontenut riċiklat fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq;

(c) 

il-progress tekniku u xjentifiku, inkluż bidliet konsiderevoli fit-teknoloġiji tal-kalamiti permanenti li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materja rkuprata;

(d) 

il-kontribut effettiv u potenzjali ta’ sehem minimu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;

(e) 

l-impatti possibbli fuq il-funzjonament tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti;

(f) 

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-kalamiti permanenti u tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti.

Artikolu 29 4.
Meta r-rekwiżiti relatati mal-kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għal kwalunkwe prodott elenkat fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-prodotti kkonċernati minflok dan l-Artikolu.
Artikolu 29 5.
Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, meta joffru l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruhom waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ.

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-prodotti ddisinjati primarjament għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Artikolu 29 6.
Għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 għandhom japplikaw minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 29 7.

Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:

(a) 

vetturi bi skop speċjali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(b) 

partijiet oħra ta’ vettura, għajr mill-vettura bażi, li ġew approvati skont it-tip f’approvazzjoni skont it-tip ta’ diversi stadji tal-kategoriji N1, N2, N3, M2 jew M3;

(c) 

vetturi prodotti f’serje żgħar, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2018/858.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.