|
+Artikolu 31 5. |
Artikolu 31 5.Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni minn qabel tal-impatti biex tiddeċiedi jekk tadottax att delegat skont il-paragrafu 1. Dik il-valutazzjoni għandha:
(a)
tkun ibbażata fost l-oħrajn fuq konsultazzjoni ma’:
(i)
il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-industrija inkluża l-industrija downstream, l-SMEs, u, meta rilevanti, l-industrija tal-artiġjanat, is-sħab soċjali, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjonijiet li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-akkademja;
(ii)
pajjiżi terzi, jew PTEEs, li l-kummerċ tagħhom mal-Unjoni jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn dan l-obbligu;
(iii)
il-Bord;
(iv)
l-aġenziji tal-Unjoni b’kompetenzi fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, kif xieraq;
(b)
tiżgura li kull miżura bħal din ma tkunx imħejjija, adottata jew applikata bil-ħsieb jew bl-effett li jinħolqu ostakli mhux meħtieġa għall-kummerċ internazzjonali, u li ma tkunx aktar restrittiva għall-kummerċ milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, wara li tqis il-kapaċità tal-fornituri tal-pajjiżi terzi li jikkonformaw ma’ tali dikjarazzjoni b’tali mod li l-flussi kummerċjali aggregati u l-kostijiet tal-materja prima kritika ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat;
(c)
tivvaluta jekk obbligi simili skont il-liġi tal-Unjoni pproduċewx l-effetti intenzjonati u kkontribwewx b’mod sinifikanti għall-kisba tal-miri ambjentali tal-Unjoni;
(d)
tivvaluta jekk il-miżura tgħinx biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni mingħajr ma tħalli impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikseb il-materja prima kritika kkonċernata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|