+Artikolu 31
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 8.
---+Artikolu 31 9.
---+Artikolu 31 10.
---+Artikolu 31 11.
|
Artikolu 31
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Filwaqt li tqis ir-riżultat tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u tal-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi regoli tal-kalkolu u tal-verifika tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika differenti, f’konformità mal-Anness V u filwaqt li tqis metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi u standards internazzjonali rilevanti. Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jidentifikaw mill-inqas it-tliet kategoriji tal-impatt ambjentali l-aktar rilevanti li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-impronta tal-karbonju ġenerali. Waħda mill-kategoriji tal-impatt ambjentali għandha tkun l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Id-dikjarazzjoni tal-impronta għandha tkun limitata għal dawk il-kategoriji tal-impatt ambjentali.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Il-Kummissjoni għandha sal-
►C1
24 ta’ Novembru 2025 ◄ tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxi liema materja prima kritika għandha tiġi prijoritizzata għall-valutazzjoni ta’ jekk l-obbligu li tiġi ddikjarata l-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika huwiex meħtieġ u proporzjonat. Għall-materja prima kritika li l-Kummissjoni identifikat bħala prijorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità għall-finijiet tal-paragrafu 3 sa 12-il xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli tal-kalkolu u tal-verifika għal materja prima kritika speċifika jekk, wara li tkun ikkunsidrat id-diversi kategoriji rilevanti tal-impatt fuq l-ambjent, tkun ikkonkludiet li l-materja prima kritika ikkonċernata għandha impronta ambjentali sinifikanti u li għalhekk obbligu li tiġi dikjarata l-impronta ambjentali ta’ dik il-materja prima kritika fir-rigward tal-kategoriji tal-impatt ambjentali msemmija fil-paragrafu 1, meta jitqiegħed fis-suq, hu meħtieġ u proporzjonat biex jgħin fl-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni billi jiffaċilita l-provvista tal-materja prima kritika b’inqas impronta ambjentali.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Meta tikkunsidra jekk l-obbligu previst fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu hux meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)
jekk u kif, kif ukoll kemm b’mod effettiv, l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni humiex diġà qed jintlaħqu permezz ta’ atti legalioħra tal-Unjoni applikabbli għall-materja prima kritika kkonċernata;
(b)
l-eżistenza u l-adozzjoni ta’ standards u linji gwida internazzjonali rilevanti, jew il-prospetti ta’ qbil dwar tali standards fil-livell internazzjonali, kif ukoll prattiki sostenibbli fis-suq, inkluż l-iskemi volontarji rikonoxxuti skont l-Artikolu 30(2);
(c)
l-effettività tas-Sħubijiet Strateġiċi, tal-Proġetti Strateġiċi, tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ strumenti internazzjonali oħra u tal-kuntatt mwettaq mill-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;
(d)
il-kostijiet ekonomiċi assoċjati u l-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi.
|
|
Artikolu 31 5.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni minn qabel tal-impatti biex tiddeċiedi jekk tadottax att delegat skont il-paragrafu 1. Dik il-valutazzjoni għandha:
(a)
tkun ibbażata fost l-oħrajn fuq konsultazzjoni ma’:
(i)
il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-industrija inkluża l-industrija downstream, l-SMEs, u, meta rilevanti, l-industrija tal-artiġjanat, is-sħab soċjali, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjonijiet li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-akkademja;
(ii)
pajjiżi terzi, jew PTEEs, li l-kummerċ tagħhom mal-Unjoni jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn dan l-obbligu;
(iv)
l-aġenziji tal-Unjoni b’kompetenzi fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, kif xieraq;
(b)
tiżgura li kull miżura bħal din ma tkunx imħejjija, adottata jew applikata bil-ħsieb jew bl-effett li jinħolqu ostakli mhux meħtieġa għall-kummerċ internazzjonali, u li ma tkunx aktar restrittiva għall-kummerċ milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, wara li tqis il-kapaċità tal-fornituri tal-pajjiżi terzi li jikkonformaw ma’ tali dikjarazzjoni b’tali mod li l-flussi kummerċjali aggregati u l-kostijiet tal-materja prima kritika ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat;
(c)
tivvaluta jekk obbligi simili skont il-liġi tal-Unjoni pproduċewx l-effetti intenzjonati u kkontribwewx b’mod sinifikanti għall-kisba tal-miri ambjentali tal-Unjoni;
(d)
tivvaluta jekk il-miżura tgħinx biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni mingħajr ma tħalli impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikseb il-materja prima kritika kkonċernata.
|
|
Artikolu 31 6.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq materja prima kritika, inkluż proċessata u riċiklata, li għaliha l-Kummissjoni tkun adottat regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1 għandha tagħmel disponibbli dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali. Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kull tip ta’ materja prima kritika individwali mqiegħda fis-suq u ma għandux japplika għall-materja prima kritika inkluża fil-prodotti intermedji jew finali.
|
|
Artikolu 31 7.
|
Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 6 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u l-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;
(b)
informazzjoni dwar it-tip ta’ materja prima kritika li għaliha tapplika d-dikjarazzjoni;
(c)
informazzjoni dwar il-pajjiż u r-reġjun minn fejn tkun ġiet estratta, ipproċessata, raffinata u riċiklata l-materja prima kritika, kif applikabbli;
(d)
l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, ikkalkulata f’konformità mar-regoli tal-verifika u tal-kalkolu applikabbli adottati skont il-paragrafu 1;
(e)
il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali li l-materja prima kritika tikkorrispondi għaliha, stabbilita f’konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont il-paragrafu 8;
(f)
web link li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa r-riżultati tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.
|
|
Artikolu 31 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali fi żmien raġonevoli tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Anness V.
|
|
Artikolu 31 9.
|
Il-Kummissjoni għandha, meta tistabbilixxi regoli tal-kalkolu għall-impronta ambjentali ta’ prodotti intermedji u finali li fihom materja prima kritika, teħtieġ, fejn possibbli, l-użu tar-regoli tal-kalkolu tal-impronta ambjentali msemmija f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 31 10.
|
Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali għandha tkun disponibbli fuq sit web b’aċċess liberu u għandha tkun tinftiehem faċilment. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġi adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).
|
|
Artikolu 31 11.
|
Meta joffru materja prima kritika għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruha waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq materja prima kritika għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-materja prima kritika ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|