|
+Artikolu 34 |
Artikolu 34Artikolu 34 Implimentazzjoni u konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta l-Artikoli 28, 29, 31 u 33 sabiex:
(a)
tistabbilixxi rekwiżiti għad-disinn tekniku u għat-tħaddim tat-trasportatur tad-data u l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 28(3) u (4);
(b)
tirreferi għall-istandards tekniċi li għandhom jintużaw b’rabta mat-trasportatur tad-data u l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 28(3) u (4);
(c)
tistabbilixxi regoli għall-inklużjoni tal-identifikatur uniku għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 28(4) f’reġistri rilevanti għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli doganali;
(d)
tistabbilixxi rekwiżiti relatati mal-kontrolli doganali relatati mat-trasportatur tad-data u l-identifikatur uniku għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 28(3) u (4);
(e)
tistabbilixxi proċeduri għat-trattament ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali jew għal nuqqas ta’ konformità, kif ukoll proċeduri ta’ salvagwardja relatati fejn jitqajmu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq meħuda;
(f)
tistabbilixxi rekwiżiti relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u prinċipji ġenerali u regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE. Dawk l-atti delegati għandhom jirreferu jew jiżguraw konformità ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra dwar l-armonizzazzjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/125/KE, u għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv filwaqt li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Artikoli 28, 29 u 31 ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|