+Artikolu 36
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.
---+Artikolu 36 10.
|
Artikolu 36
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri kollha u mill-Kummissjoni. Għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni (il-“President”).
|
|
Artikolu 36 2.
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli fil-Bord. Meta rilevanti fir-rigward tal-funzjoni u l-għarfien espert, Stat Membru jista’ jaħtar rappreżentanti differenti fir-rigward tal-kompiti differenti tal-Bord. Kull rappreżentant tal-Bord maħtur għandu jkollu sostitut. L-Istati Membri biss għandu jkollhom drittijiet tal-vot. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed biss, irrispettivament min-numru ta’ rappreżentanti tiegħu. Il-President għandu jistieden rappreżentanti tal-Parlament Ewropew biex jattendu bħala osservaturi, il-laqgħat tal-Bord inkluż il-laqgħat tas-sottogruppi permanenti jew temporanji msemmija fil-paragrafu 8.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Meta xieraq, il-President jista’ jistieden lil rappreżentanti tal-industrija, speċjalment SMEs, is-soċjetà ċivili, l-akkademja, it-trade unions, l-awtoritajiet lokali jew reġjonali, il-pajjiżi terzi, il-PTEEs, kif ukoll tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord jew tas-sottogruppi permanenti jew temporanji tiegħu msemmija fil-paragrafu 8 bħala osservaturi jew biex jipprovdu kontributi bil-miktub. L-osservaturi ma għandhomx jipparteċipaw fil-formulazzjoni tal-pariri tal-Bord u tas-sottogruppi tiegħu.
|
|
Artikolu 36 4.
|
Fl-ewwel laqgħa tiegħu, l-Bord għandu, wara proposta tal-Kummissjoni, jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.
|
|
Artikolu 36 5.
|
Il-Bord għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu previsti f’dan ir-Regolament b’mod effettiv. Fejn meħtieġ, il-Bord għandu jiltaqa’ abbażi ta’ talba motivata mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru li tiġġustifika interess partikolari fir-rigward ta’ Proġett Strateġiku fit-territorju tiegħu li jirrikjedi laqgħa addizzjonali. Il-Bord għandu jiltaqa’ mill-inqas kif ġej:
(a)
kull tliet xhur għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Proġetti Strateġiċi skont il-Kapitolu 3, it-Taqsima 2;
(b)
kull sitt xhur għall-iżvilupp tal-monitoraġġ skont il-Kapitolu 4;
(c)
darba fis-sena biex jiġi diskuss il-progress tal-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-esplorazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 5, inkluż fid-dawl ta’ aġġornamenti tal-listi tal-materja prima strateġika jew kritika.
|
|
Artikolu 36 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Bord b’segretarjat eżekuttiv li jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku.
|
|
Artikolu 36 7.
|
Il-Bord għandu jwettaq dan li ġej:
(a)
minn żmien għal żmien jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 u jaqsam l-aqwa prattiki bl-iskop li titħaffef il-proċedura għall-għoti ta’ permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika, kif ukoll biex titejjeb il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika f’dawk il-proġetti;
(b)
meta rilevanti, jipproponi linji gwida lill-Kummissjoni biex titqies l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(1) mill-punti ta’ kuntatt uniku;
(c)
minn żmien għal żmien jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi u, fejn meħtieġ, il-miżuri li jistgħu jieħdu l-promotur tal-proġett jew l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn Proġett Strateġiku biex jiffaċilita aktar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-Proġetti Strateġiċi skont l-Artikolu 15;
(d)
jipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-istabbiliment tas-sistema- ta’ xiri konġunt skont l-Artikolu 25;
(e)
jiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-Istati Membri bl-iskop li jittejbu l-programmi nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 26.
|
|
Artikolu 36 8.
|
Il-Bord jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji biex jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi. Il-Bord għandu jistabbilixxi mill-inqas is-sottogruppi permanenti li ġejjin:
(a)
sottogrupp biex jiddiskuti u jikkoordina l-finanzjament għall-Proġetti Strateġiċi f’konformità mal-Artikolu 16, li għalih rappreżentanti ta’ banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u, kif ikun xieraq, istituzzjonijiet finanzjarji privati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi;
(b)
sottogrupp biex jiddiskuti u jiskambja fehmiet dwar miżuri biex jiżdied l-għarfien pubbliku dwar il-katina tal-provvista tal-materja prima kritika u jaqsam l-aqwa prattiki li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fi proġetti tal-materja prima kritika li għalih għandhom regolarment jiġu mistiedna rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala osservaturi;
(c)
sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil istituti jew stħarriġiet ġeoloġiċi nazzjonali jew, meta rilevanti, reġjonali jew, fin-nuqqas ta’ tali istitut jew stħarriġ, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli mill-esplorazzjoni ġenerali, biex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni mfassla skont l-Artikolu 19;
(d)
sottogrupp biex jiddiskuti u jiskambja fehmiet dwar miżuri għall-promozzjoni taċ-ċirkolarità, l-effiċjenza tar-riżorsi u s-sostituzzjoni ta’ materja prima kritika;
(e)
sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil aġenziji nazzjonali tal-provvista u tal-informazzjoni li jkopru l-materja prima kritika jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-kompiti tal-monitoraġġ u l-ittestjar tal-istress tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 20;
(f)
sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lill-aġenzija nazzjonali tal-emerġenzi u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istokkijiet strateġiċi jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija u awtorità, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi kif stabbilit fl-Artikolu 23.
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bord għandu, meta xieraq, jiżgura l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-istrutturi rilevanti tar-rispons għall-kriżijiet u tat-tħejjija għall-kriżijiet stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 36 9.
|
Il-Bord għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura t-trattament u l-ipproċessar sikur tal-informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva kummerċjalment f’konformità mal-Artikolu 46.
|
|
Artikolu 36 10.
|
Il-Bord għandu jagħmel l-aqwa sforzi biex jieħu deċiżjonijiet permezz tal-kunsens.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|