+Artikolu 44
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.

Artikolu 44

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Sal- ►C1  24 ta’ Novembru 2025 ◄ , il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, li jinkludi projezzjonijiet indikattivi tal-konsum annwali ta’ kull materja prima kritika fl-2030, l-2040 u l-2050, inklużi projezzjoni baxxa, waħda għolja u waħda ta’ referenza, kif ukoll parametri referenzjarji indikattivi għall-estrazzjoni u l-ipproċessar għal kull materja prima strateġika, bil-ħsieb li jintlaħqu l-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), għall-2030.
Artikolu 44 2.
Sal-24 ta’ Mejju 2027, u mill-inqas kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord, timmonitorja l-progress lejn il-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), kif ukoll il-moderazzjoni taż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni ta’ materja prima kritika msemmija fl-Artikolu 5(2), u tippubblika rapportli jagħti dettalji dwar il-progress tal-Unjoni biex jintlaħqu dawk il-parametri referenzjarji u dik il-moderazzjoni.
Artikolu 44 3.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi:

(a) 

informazzjoni kwantitattiva dwar il-firxa tal-progress tal-Unjoni favur il-parametri referenzjarji u l-moderazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(b) 

lista ta’ Sħubijiet Strateġiċi konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jkopru l-materja prima; u

(c) 

valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tas-Sħubijiet Strateġiċi sabiex jintlaħqu l-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (b).

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu informazzjoni barra mill-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 21.

Artikolu 44 4.
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-konsistenza tal-azzjonijiet meħuda tagħha biex timplimentaha ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika sal-24 ta’ Mejju 2025, rapport dwar il-konsistenza ta’ dan ir-Regolament ma’ liġi oħra tal-Unjoni.
Artikolu 44 5.
Meta, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni aktarx ma tilħaqx l-għanijiet tal-Artikolu 5, din għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità li tipproponi miżuri sabiex tiżgura li jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Artikolu 44 6.
Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards Ewropej jew kisbiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni biex tappoġġa l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.