+Artikolu 48
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
|
Artikolu 48
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Sal-
►C1
24 ta’ Mejju 2029 ◄ , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu mill-inqas jivvaluta:
(a)
l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi għall-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika kif ukoll il-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika wara l-2030;
(b)
l-adegwatezza li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji li jimmiraw għall-2040 u l-2050 fuq livell aggregat u għal kull materja prima strateġika;
(c)
il-konsistenza bejn il-liġi ambjentali tal-Unjoni u dan ir-Regolament, b’mod partikolari b’rabta mal-istatus ta’ prijorità tal-Proġetti Strateġiċi;
(d)
id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-volumi tal-iskart u l-kontenut tal-materja prima strateġika għall-flussi tal-iskart rilevanti;
(e)
l-impatt tas-sistema ta’ xiri konġunt stabbilita skont l-Artikolu 25 dwar il-kompetizzjoni fis-suq intern;
(f)
l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ aktar miżuri biex jiżdiedu l-ġbir, l-issortjar u l-ipproċessar tal-iskart, b’mod partikolari fil-każ tar-ruttam tal-metall, inkluż ir-ruttam ferruż.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, tissottometti, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|