|
+Artikolu 48 2. |
Artikolu 48 2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu mill-inqas jivvaluta:
(a)
l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi għall-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika kif ukoll il-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika wara l-2030;
(b)
l-adegwatezza li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji li jimmiraw għall-2040 u l-2050 fuq livell aggregat u għal kull materja prima strateġika;
(c)
il-konsistenza bejn il-liġi ambjentali tal-Unjoni u dan ir-Regolament, b’mod partikolari b’rabta mal-istatus ta’ prijorità tal-Proġetti Strateġiċi;
(d)
id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-volumi tal-iskart u l-kontenut tal-materja prima strateġika għall-flussi tal-iskart rilevanti;
(e)
l-impatt tas-sistema ta’ xiri konġunt stabbilita skont l-Artikolu 25 dwar il-kompetizzjoni fis-suq intern;
(f)
l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ aktar miżuri biex jiżdiedu l-ġbir, l-issortjar u l-ipproċessar tal-iskart, b’mod partikolari fil-każ tar-ruttam tal-metall, inkluż ir-ruttam ferruż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|