|
+ANNESS I Materja prima strateġika |
ANNESS I Materja prima strateġika
ANNESS I Materja prima strateġika Taqsima 1 LISTA TAL-MATERJA PRIMA STRATEĠIKA Din il-materja prima għandha titqies strateġika:
(a)
il-bauxite/l-alumina/l-aluminju
(b)
il-bismut
(c)
il-boron – grad tal-metallurġija
(d)
il-kobalt
(e)
ir-ram
(f)
il-gallju
(g)
il-ġermanju
(h)
il-litju – grad ta’ batterija
(i)
il-metall tal-manjeżju
(j)
il-manganiż – grad ta’ batterija
(k)
il-grafit – grad ta’ batterija
(l)
in-nikil – grad ta’ batterija
(m)
il-metalli tal-grupp tal-platinu
(n)
l-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti permanenti (Nd, Pr, Tb, Dy, Gd, Sm, u Ce)
(o)
il-metall tas-siliċju
(p)
il-metall tat-titanju
(q)
it-tungstenu Taqsima 2 METODOLOĠIJA GĦALL-GĦAŻLA TAL-MATERJA PRIMA STRATEĠIKA 1. L-importanza strateġika għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-rilevanza tal-materja prima għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u għall-applikazzjonijiet tad-difiża u tal-ajruspazju, skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-ammont ta’ teknoloġiji strateġiċi li jużaw dik il-materja prima bħala input;
(b)
l-ammont ta’ materja prima meħtieġa għall-manifattura tat-teknoloġiji strateġiċi rilevanti;
(c)
id-domanda dinjija mistennija għat-teknoloġiji strateġiċi rilevanti. 2. It-tkabbir previst fid-domanda (DF/C,τ) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn: DFτ hi l-previżjoni tad-domanda annwali dinjija għal xi materja prima fis-sena τ; GSτο hi l-produzzjoni annwali dinjija ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza τ0. 3. Id-diffikultà biex tiżdied il-produzzjoni għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu mill-inqas:
(a)
l-iskala tal-produzzjoni annwali dinjija attwali ta’ xi materja prima;
(b)
il-proporzjon tal-produzzjonitar-riżervi ta’ xi materja prima, abbażi ta’ riżervi magħrufa ta’ riżorsi ġeoloġiċi li jistgħu jiġu estratti ekonomikament u l-produzzjoni annwali dinjija attwali;
(c)
żminijiet meħtieġa għal proġetti ġodda li jżidu l-kapaċità tal-provvista, meta tkun disponibbli informazzjoni affidabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|