+Artikolu 1
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
|
Artikolu 1
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita u jistimula l-introduzzjoni tan-networks b’kapaċità għolja ħafna (VHCN) billi jippromwovi l-użu konġunt tal-infrastruttura fiżika eżistenti u billi jippermetti implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-infrastruttura fiżika ġdida biex dawn in-networks ikunu jistgħu jiġu introdotti aktar malajr u b’inqas spejjeż.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Jekk xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun kunfliġġenti għal xi dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/77/KE, (UE) 2018/1972 jew (UE) 2022/2555, għandha tipprevali d-dispożizzjoni rilevanti ta’ dawk id-Direttivi.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti minimi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri f’konformità ma’ liġijiet tal-Unjoni li jkunu aktar stretti jew aktar dettaljati minn dawk ir-rekwiżiti minimi, jekk dawn il-miżuri jservu biex jippromwovu l-użu konġunt tal-infrastruttura fiżika eżistenti jew jippermettu implimentazzjoni aktar effiċjenti ta’ infrastruttura fiżika ġdida.
|
|
Artikolu 1 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu l-miżuri msemmija f’dak il-paragrafu fir-rigward tal-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e), l-Artikolu 3(7) u (10), l-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 5(5) u 6(2) u l-Artikolu 10(7) u (8).
|
|
Artikolu 1 5.
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet Statali essenzjali oħra, fosthom l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|