|
+Artikolu 3 5. |
Artikolu 3 5.L-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika fuq il-bażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess ma tkunx teknikament xierqa biex tospita xi wieħed mill-elementi tal-VHCN imsemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ikun hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spazju biex jintlaqgħu l-elementi tal-VHCNs jew tal-faċilitajiet assoċjati msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż wara li tkun tqieset il-ħtieġa futura għal spazju tal-fornitur tal-aċċess li tkun intweriet b’mod suffiċjenti, pereżempju b’referenza għall-pjanijiet ta’ investimenti disponibbli pubblikament jew għal perċentwal applikat konsistentement għall-kapaċità riżervata għall-ħtiġijiet futuri, imqabbla mal-kapaċità kollha tal-infrastruttura fiżika;
(c)
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati rigward is-sikurezza, is-sigurtà nazzjonali u s-saħħa pubblika;
(d)
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati kif xieraq rigward l-integrità u s-sigurtà ta’ kwalunkwe network, b’mod partikolari l-infrastruttura kritika nazzjonali;
(e)
l-eżistenza ta’ riskju ġustifikat kif xieraq ta’ interferenzi serji tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ppjanati bil-forniment ta’ servizzi oħra fuq l-istess infrastruttura fiżika;
(f)
id-disponibbiltà ta’ mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess fiżiku passiv bl-ingrossa għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, xierqa għall-forniment ta’ VHCNs, u offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, li jiġu pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew, fil-każ speċifiku ta’ żoni rurali jew remoti fejn network jitħaddem fuq bażi bl-ingrossa biss u jkun proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollat minnhom, li jiġu pprovduti mill-operatur ta’ tali network. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|