+Artikolu 3
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
---+Artikolu 3 10.
---+Artikolu 3 11.
---+Artikolu 3 12.
---+Artikolu 3 13.
|
Artikolu 3
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-operaturi tan-networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha għandhom jissodisfaw, fuq talba bil-miktub ta’ operatur, it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess għal dik l-infrastruttura fiżika b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezz, bil-ħsieb li jiġu implimentati elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien tal-infrastruttura fiżika jew li jikkontrollawha għandhom jissodisfaw dawn it-talbiet raġonevoli kollha wkoll b’termini u kundizzjonijiet nondiskriminatorji. Dawn it-talbiet bil-miktub għandhom jispeċifikaw l-elementi tal-infrastruttura fiżika li għaliha jintalab l-aċċess, u jkunu jinkludu t-tul tal-perjodu speċifiku. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti ddettaljati relatati mal-aspetti amministrattivi tat-talbiet.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Fuq talba ta’ operatur, persuni ġuridiċi li huma primarjament attivi bħala inkwilini tal-art, jew bħala detenturi ta’ drittijiet fuq l-art, għajr id-drittijiet tal-proprjetà, li fuqhom il-faċilitajiet huma ppjanati li jiġu installati jew li ġew installati bil-ħsieb li jiġu implimentati elementi ta’ VHCNs, jew li jimmaniġġaw kuntratti ta’ lokazzjoni f’isem is-sidien tal-art, u l-operaturi għandhom jinnegozjaw l-aċċess għal tali art in bona fide, inkluż fir-rigward tal-prezz, li meta xieraq għandu jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, f’konformità mal-liġi kuntrattwali nazzjonali. L-operaturi u l-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet milħuqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu, inkluż il-prezz miftiehem. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu gwida dwar it-termini u l-kundizzjonijiet, inkluż il-prezz, sabiex jiffaċilitaw il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-sidien ta’ bini kummerċjali privat, li ma jkunux jappartjenu jew ikkontrollati minn operatur tan-network għandhom jissodisfaw, fuq it-talba bil-miktub ta’ operatur, talbiet raġonevoli għall-aċċess għal dak il-bini, inkluż il-bjut tagħhom, bil-ħsieb li jinstallaw elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, u bi prezz li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq. Qabel talba bħal din minn dawk li jkunu qed ifittxu aċċess għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-bini jkun jinsab f’żona rurali jew remota kif definit mill-Istati Membri;
(b)
ma jkun hemm disponibbli l-ebda VHCN tal-istess tip – fiss jew mobbli – bħal dak li dawk li jkunu qed ifittxu aċċess ikun biħsiebhom jimplimentaw fiż-żona li għaliha ssir it-talba għall-aċċess, u ma jkun hemm l-ebda pjan biex jiġi implimentat tali network skont l-informazzjoni miġbura mill-punt uniku ta’ informazzjoni disponibbli fid-data tat-talba,
(c)
ma jkun hemm l-ebda infrastruttura fiżika fiż-żona li għaliha ntalab l-aċċess, li hija proprjetà ta’ operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollata minnhom u li hija teknikament adatta biex tilqa’ elementi ta’ VHCNs.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw lista ta’ kategoriji ta’ bini kummerċjali li jistgħu jkunu eżentati mill-obbligu li jissodisfaw tali talba għal aċċess, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sikurezza u saħħa. Dik il-lista u l-kriterji li għandhom jiġu applikati biex dawk il-kategoriji jiġu identifikati għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Meta jiddeterminaw termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezzijiet, għall-għoti tal-aċċess, u sabiex jevitaw prezzijiet eċċessivi, l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha għandhom, fejn rilevanti, iqisu mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
kuntratti u termini u kundizzjonijiet kummerċjali eżistenti miftiehma bejn operaturi li jfittxu aċċess u operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku li jagħtu aċċess għal infrastruttura fiżika;
(b)
il-ħtieġa li jkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess ikollu opportunità ġusta biex jirkupra l-ispejjeż li jġarrab biex jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fiżika tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, il-mudelli tan-negozju, u kwalunkwe struttura tariffarja stabbilita biex tingħata opportunità ġusta għall-irkupru tal-ispejjeż; fil-każ tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jitqies ukoll kull rimedju impost minn awtorità regolatorja nazzjonali;
(c)
kwalunkwe spiża addizzjonali ta’ manutenzjoni u adattament li jirriżulta mill-għoti ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika rilevanti;
(d)
l-impatt tal-aċċess mitlub fuq il-pjan tan-negozju tal-fornitur tal-aċċess, inkluż l-investimenti fl-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess;
(e)
fil-każ speċifiku ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika tal-operaturi, kwalunkwe gwida rilevanti skont il-paragrafu 13, u b’mod partikolari:
(i)
il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk l-investimenti fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju tagħhom;
(ii)
il-ħtieġa għal redditu ġust fuq l-investiment u għal kwalunkwe skeda ta’ żmien għal tali redditu fuq l-investiment;
(iii)
kwalunkwe impatt tal-aċċess fuq il-kompetizzjoni downstream u konsegwentement fuq il-prezzijiet u r-redditu fuq l-investiment;
(iv)
kwalunkwe deprezzament tal-assi tan-network fil-mument tat-talba għal aċċess;
(v)
kwalunkwe argument għall-vijabbiltà li jirfed l-investiment fil-mument li jkun sar, b’mod partikolari investiment fl-infrastruttura fiżika użata għall-forniment tal-konnettività; u
(vi)
kwalunkwe possibbiltà offruta preċedentement lil dawk li jkunu qed ifittxu aċċess biex jikkoinvestu fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura fiżika, b’mod partikolari skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jew jimplimentawha b’mod konġunt;
(f)
meta titqies il-ħtieġa tal-operaturi għal redditu ġust fuq l-investiment li jirrifletti l-kundizzjonijiet rilevanti tas-suq, il-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ impriżi li primarjament jipprovdu faċilitajiet assoċjati u joffru aċċess fiżiku għal aktar minn impriża waħda li tipprovdi, jew li hija awtorizzata li tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
|
|
Artikolu 3 5.
|
L-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika fuq il-bażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess ma tkunx teknikament xierqa biex tospita xi wieħed mill-elementi tal-VHCN imsemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ikun hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spazju biex jintlaqgħu l-elementi tal-VHCNs jew tal-faċilitajiet assoċjati msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż wara li tkun tqieset il-ħtieġa futura għal spazju tal-fornitur tal-aċċess li tkun intweriet b’mod suffiċjenti, pereżempju b’referenza għall-pjanijiet ta’ investimenti disponibbli pubblikament jew għal perċentwal applikat konsistentement għall-kapaċità riżervata għall-ħtiġijiet futuri, imqabbla mal-kapaċità kollha tal-infrastruttura fiżika;
(c)
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati rigward is-sikurezza, is-sigurtà nazzjonali u s-saħħa pubblika;
(d)
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati kif xieraq rigward l-integrità u s-sigurtà ta’ kwalunkwe network, b’mod partikolari l-infrastruttura kritika nazzjonali;
(e)
l-eżistenza ta’ riskju ġustifikat kif xieraq ta’ interferenzi serji tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ppjanati bil-forniment ta’ servizzi oħra fuq l-istess infrastruttura fiżika;
(f)
id-disponibbiltà ta’ mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess fiżiku passiv bl-ingrossa għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, xierqa għall-forniment ta’ VHCNs, u offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, li jiġu pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew, fil-każ speċifiku ta’ żoni rurali jew remoti fejn network jitħaddem fuq bażi bl-ingrossa biss u jkun proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollat minnhom, li jiġu pprovduti mill-operatur ta’ tali network.
|
|
Artikolu 3 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika meta jkun hemm mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess attiv bl-ingrossa miftuħ u nondiskriminatorju għal VHCNs, li huma pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew mill-istess korp pubbliku, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tali mezzi alternattivi ta’ aċċess bl-ingrossa jiġu offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezz;
(b)
il-proġett ta’ implimentazzjoni tal-operatur rikjedenti jindirizza l-istess żona ta’ kopertura u ma jkun hemm ebda network ieħor tal-fibra li jservi ż-żona ta’ kopertura li jikkonnettja l-bini tal-utent finali.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal dawk l-Istati Membri fejn tali possibbiltà għal rifjut jew possibbiltà ekwivalenti għal rifjut tiġi applikata fil-11 ta’ Mejju 2024, f’konformità mal-liġi nazzjonali li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Fil-każ li jiġi rrifjutat l-għoti ta’ aċċess kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6, l-operatur ta’ network jew il-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandu jikkomunika bil-miktub lil dawk li qed ifittxu l-aċċess ir-raġunijiet speċifiċi u dettaljati għal tali rifjut mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-wasla tat-talba kompleta għall-aċċess, għajr għall-infrastruttura kritika nazzjonali kif definita fil-liġi nazzjonali, li għaliha ma għandhomx ikunu meħtieġa raġunijiet speċifiċi u dettaljati fil-komunikazzjoni tar-rifjut lil dawk li jkunu qed ifittxu aċċess.
|
|
Artikolu 3 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew jaħtru korp biex jikkoordina t-talbiet għall-aċċess għall-infrastruttura fiżika li tkun il-proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollata minnhom, jipprovdu pariri legali u tekniċi permezz tan-negozjar ta’ termini u kundizzjonijiet tal-aċċess, u jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 3 9.
|
L-infrastruttura fiżika li diġà hi soġġetta għall-obbligi tal-aċċess imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi stipulati fil-paragrafi 1, 4 u 5, sakemm dawk l-obbligi tal-aċċess ikunu fis-seħħ.
|
|
Artikolu 3 10.
|
Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew ta’ ċerti kategoriji ta’ infrastruttura fiżika, jew li jikkontrollawha, jistgħu ma japplikawx il-paragrafi 1, 4 u 5 għal dik l-infrastruttura fiżika jew dawk il-kategoriji ta’ infrastruttura fiżika minħabba raġunijiet ta’ valur arkitettoniku, storiku, reliġjuż jew ambjentali, jew minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sikurezza u saħħa. L-Istati Membri jew, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jidentifikaw din l-infrastruttura fiżika jew dawn il-kategoriji ta’ infrastruttura fiżika fit-territorji tagħhom abbażi ta’ raġunijiet debitament ġustifikati u proporzjonati. Il-lista ta’ kategoriji ta’ infrastruttura fiżika u l-kriterji applikati biex dawn jiġu identifikati għandhom isiru disponibbli permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 3 11.
|
L-operaturi għandu jkollhom id-dritt li joffru aċċess għall-infrastruttura fiżika tagħhom għall-fini tal-implimentazzjoni tan-networks, għajr in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-faċilitajiet assoċjati.
|
|
Artikolu 3 12.
|
Minkejja l-paragrafu 3, dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-proprjetà tas-sid tal-infrastruttura fiżika meta l-operatur tan-network jew il-korp tas-settur pubbliku ma jkunx is-sid, u għad-dritt għall-proprjetà ta’ partijiet terzi oħra, bħas-sidien tal-artijiet u s-sidien ta’ proprjetà privata, jew, fejn applikabbli, għad-drittijiet tal-inkwilini.
|
|
Artikolu 3 13.
|
Wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, lill-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim u lil korpi jew aġenziji kompetenti oħra tal-Unjoni fis-setturi rilevanti, kif xieraq, u b’kont meħud tal-prinċipji stabbiliti sew u s-sitwazzjoni distinta fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC, tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|