+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
|
Artikolu 4
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Biex ikun jista’ jitlob aċċess għall-infrastruttura fiżika f’konformità mal-Artikolu 3, operatur għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess, meta jitolbu, għall-informazzjoni minima li ġejja dwar l-infrastruttura fiżika eżistenti, b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni:
(a)
il-post u r-rotta ġeoreferenzjati;
(b)
it-tip u l-użu attwali tal-infrastruttura;
Din l-informazzjoni minima għandha tkun aċċessibbli, skont termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti u, fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-operaturi li jitolbu aċċess għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe estensjoni tal-iskadenza permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni. Kull operatur li jitlob aċċess għall-informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jispeċifika ż-żona ġeografika fejn ikun biħsiebu jimplimenta l-elementi ta’ VHCNs jew il-faċilitajiet assoċjati. L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat dment li jkun meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà ta’ ċertu bini li jkunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom, is-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura nazzjonali kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Minbarra l-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu informazzjoni dwar l-infrastruttura fiżika eżistenti bħal informazzjoni dwar il-livell ta’ okkupazzjoni tal-infrastruttura fiżika.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-operaturi tan-networks u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas l-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni u f’format elettroniku, u għandhom jagħmlu disponibbli minnufih kwalunkwe aġġornament ta’ dik l-informazzjoni. F’każ li l-operaturi tan-networks jew il-korpi tas-settur pubbliku ma jikkonformawx ma’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-informazzjoni nieqsa msemmija fil-paragrafu 1 issir disponibbli b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ tali talba, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jimponu penali fuq l-operaturi tan-networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha talli ma jkunux ikkonformaw ma’ dak l-obbligu.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Għal perjodu tranżitorju tal-iqsar żmien possibbli u ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw muniċipalitajiet b’inqas minn 3 500 abitant mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali bi skadenzi biex l-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1 issir disponibbli permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni f’format elettroniku. Dawk l-eċċezzjonijiet u l-pjanijiet direzzjonali għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni. Matul dak il-perjodu tranżitorju, dawk il-muniċipalitajiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni disponibbli tkun aċċessibbli għall-operaturi.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-operaturi tan-networks u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli għal stħarriġiet fuq il-post ta’ elementi speċifiċi tal-infrastruttura fiżika tagħhom meta ssir talba speċifika bil-miktub minn operatur. Dawn it-talbiet għandhom jispeċifikaw l-elementi tal-infrastruttura fiżika kkonċernata biex jiġu implimentati l-elementi ta’ VHCNs jew il-faċilitajiet assoċjati. L-istħarriġiet fuq il-post tal-elementi speċifikati tal-infrastruttura fiżika għandu jingħata b’termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba, soġġett għal-limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti ddettaljati relatati mal-aspetti amministrattivi tat-talbiet.
|
|
Artikolu 4 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, abbażi ta’ raġunijiet debitament ġustifikati u proporzjonati, l-infrastruttura kritika nazzjonali kif definita fil-liġi nazzjonali, jew partijiet minnha, li ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 5.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Il-paragrafi 1, 3 u 5 ma għandhomx japplikaw fejn:
(a)
l-infrastruttura fiżika mhix adattata teknikament għall-implimentazzjoni ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati”;
(b)
l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar ċerti tipi eżistenti ta’ infrastruttura fiżika skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ikun sproporzjonat, abbażi ta’analiżi tal-ispiżabenefiċċji mwettqa mill-Istati Membri u ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; jew
(c)
l-infrastruttura fiżika ma tkunx soġġetta għal obbligi tal-aċċess f’konformità mal-Artikolu 3(10).
Il-ġustifikazzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ kull eċċezzjoni bħal din għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni u nnotifikati lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 4 8.
|
L-operaturi li jiksbu aċċess għall-informazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw ir-rispett għall-kunfidenzjalità kif ukoll għas-sigrieti kummerċjali u operattivi. Għal dak l-għan, għandhom iżommu l-informazzjoni kunfidenzjali u jużawha biss għall-fini tal-implimentazzjoni tan-networks tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|