+Artikolu 4 1.

Artikolu 4 1.

Biex ikun jista’ jitlob aċċess għall-infrastruttura fiżika f’konformità mal-Artikolu 3, operatur għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess, meta jitolbu, għall-informazzjoni minima li ġejja dwar l-infrastruttura fiżika eżistenti, b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni:

(a) 

il-post u r-rotta ġeoreferenzjati;

(b) 

it-tip u l-użu attwali tal-infrastruttura;

(c) 

punt tal-kuntatt.

Din l-informazzjoni minima għandha tkun aċċessibbli, skont termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti u, fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-operaturi li jitolbu aċċess għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe estensjoni tal-iskadenza permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.

Kull operatur li jitlob aċċess għall-informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jispeċifika ż-żona ġeografika fejn ikun biħsiebu jimplimenta l-elementi ta’ VHCNs jew il-faċilitajiet assoċjati.

L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat dment li jkun meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà ta’ ċertu bini li jkunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom, is-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura nazzjonali kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.