+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks għandu jkollhom id-dritt li jinnegozjaw ftehimiet dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili, inkluż dwar it-tqassim tal-ispejjeż, ma’ operaturi oħra biex jiġu implimentati elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati.
Artikolu 5 2.
Meta jwettqu, jew jippjanaw li jwettqu, direttament jew indirettament, xogħlijiet ċivili ffinanzjati għalkollox jew parzjalment b’mezzi pubbliċi, il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli bil-miktub għall-koordinazzjoni ta’ dawk ix-xogħlijiet ċivili b’termini trasparenti u nondiskriminatorji li jagħmlu l-operaturi biex jiġu implimentati elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti ddettaljati relatati mal-aspetti amministrattiv tat-talba.

It-talbiet għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili għandhom jiġu ssodisfati, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili ma tkunx ser tinvolvi spejjeż addizzjonali li ma jistgħux jiġu rkuprati, inkluż dawk ikkawżati minn dewmien addizzjonali, għall-operatur tan-network jew il-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha li inizjalment ippreveda x-xogħlijiet ċivili inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jaqblu dwar it-tqassim tal-ispejjeż;

(b) 

l-operatur tan-network jew il-korp tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha li inizjalment ippreveda x-xogħlijiet ċivili jibqa’ jkollu kontroll tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet;

(c) 

it-talba tiġi sottomessa mill-aktar fis possibbli u, meta jkun meħtieġ permess għax-xogħlijiet ċivili, fi żmien mill-inqas xahar qabel is-sottomissjoni tal-proġett finali lill-awtoritajiet kompetenti tal-għoti tal-permessi.

Artikolu 5 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li talbiet għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili magħmula minn impriża li tipprovdi, jew li tkun awtorizzata tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil impriża li tkun proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollata minnhom u li tipprovdi, jew li tkun awtorizzata tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jitqiesu mhux raġonevoli f’każ li x-xogħlijiet ċivili jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ VHCNs, dment li dawk il-VHCNs ikunu jinsabu f’żoni rurali jew remoti, ikunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom, u huma operati fuq bażi ta’ ingrossa biss.
Artikolu 5 4.

Talba għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili magħmula minn impriża li tipprovdi, jew li hi awtorizzata li tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil impriża li tipprovdi jew li hi awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tista’ titqies mhux raġonevoli meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-talba tikkonċerna żona li kienet soġġetta għal xi waħda minn dawn:

(i) 

previżjoni tal-ilħuq minn networks tal-broadband, inkluż minn VHCNs skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(ii) 

stedina biex tiġi ddikjarata l-intenzjoni li jiġi implimentat VHCNs skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(iii) 

konsultazzjoni pubblika għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

(b) 

l-impriża rikjedenti naqset milli tesprimi l-intenzjoni tagħha li timplimenta VHCNs fiż-żona msemmija fil-punt (a) f’xi waħda mill-aktar proċeduri reċenti minn dawk elenkati f’dak il-punt li jkopru l-perjodu li matulu ssir it-talba għal koordinazzjoni.

Jekk talba għal koordinazzjoni titqies mhux raġonevoli abbażi tal-ewwel subparagrafu, l-impriża li tipprovdi, jew li hi awtorizzata tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li tkun irrifjutat il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili għandha timplimenta infrastruttura fiżika b’kapaċità biżżejjed biex takkomoda l-ħtiġijiet raġonevoli futuri possibbli tal-aċċess tal-partijiet terzi.

Artikolu 5 5.
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, abbażi ta’ raġunijiet debitament ġustifikati u proporzjonati, it-tipi ta’ xogħlijiet ċivili meqjusa bħala b’ambitu limitat, bħal fir-rigward ta’ valur, daqs jew durata, jew relatati ma’ infrastruttura kritika nazzjonali li tista’ tkun eżentata mill-obbligu ta’ koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili skont il-paragrafu 2. Il-ġustifikazzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġu applikati eċċezzjonijiet għal tali tipi ta’ xogħlijiet ċivili għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi ta’ networks ma għandhomx japplikaw il-paragrafi 2 u 4 għat-tipi ta’ xogħlijiet ċivili relatati mal-infrastruttura kritika nazzjonali jew għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 u 4 għat-tipi ta’ xogħlijiet li huma identifikati mill-Istati Membri bħala b’ambitu limitat skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 5 6.

Sat-12 ta’ Novembru 2025, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, il-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim u korpi jew aġenziji kompetenti oħra tal-Unjoni fis-setturi rilevanti kif xieraq, u wara li jittieħed kont tal-prinċipji stabbiliti sew u s-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat Membru, il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jipprovdi linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar:

(a) 

it-tqassim tal-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kriterji li l-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim jenħtieġ li jsegwu meta jsolvu tilwim li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu; u

(c) 

il-kriterji biex tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti biex jiġu akkomodati ħtiġijiet raġonevoli prevedibbli fil-futur jekk il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili tiġi rrifjutata skont il-paragrafu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.