+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
|
Artikolu 10
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-bini kollu li għadu kif inbena u l-bini li qed isirlu xogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni, inkluż l-elementi bi sjieda konġunta, li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini wara t-12 ta’ Frar 2026, għandu jiġi attrezzat b’infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra u wajers tal-fibra fil-bini, inkluż konnessjonijiet sal-punt fiżiku fejn l-utent finali jikkonnettja man-network pubbliku.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-bini b’abitazzjonijiet multipli kollu li għadu kif inbena jew li qed isirluxogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni, li għalih l-applikazzjonijiet tal-permessi tal-bini jkunu ġew sottomessi wara t-12 ta’ Frar 2026 għandu jiġi attrezzat b’punt tal-aċċess.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Sat-12 ta’ Frar 2026, il-bini kollu, inkluż l-elementi tagħhom bi sjieda konġunta, li qed isirlu xogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2010/31/UE, għandu jiġi attrezzat b’infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra, u wajers tal-fibra fil-bini, inkluż konnessjonijiet sal-punt fiżiku fejn l-utent finali jikkonnettja man-network pubbliku, jekk dan ma jżidx b’mod sproporzjonat l-ispejjeż tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u jekk ikun teknikament fattibbli. Il-bini kollu b’abitazzjonijiet multipli li qed isirlu xogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni bħal dawn għandu wkoll ikun attrezzat b’punt ta’ aċċess.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Sat-12 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati u abbażi tal-aħjar prattiki tal-industrija, jadottaw l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu faċilment attivitajiet ta’ manutenzjoni ordinarji għall-wajers tal-fibra individwali li jintużaw minn kull operatur biex jipprovdi servizzi tal-VHCN u għandhom jistabbilixxu mill-inqas:
(a)
l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt ta’ aċċess għall-bini u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċa tal-fibra;
(b)
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kejbil;
(c)
l-ispeċifikazzjonijiet tas-sokit;
(d)
l-ispeċifikazzjonijiet għall-conduits jew il-mikrokanali;
(e)
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza mal-kejbils elettriċi;
(f)
ir-raġġ minimu tal-liwja;
(g)
speċifikazzjonijiet tekniċi għall-installazzjoni tal-kejbils.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 4. Biex juru tali konformità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jistgħu jinkludu spezzjoni fuq il-post tal-bini jew kampjun rappreżentattiv tagħhom.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Bini attrezzat f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandu jkun eliġibbli, fuq bażi volontarja u skont il-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri, li jirċievi tikketta “lest għall-fibra”, fejn l-Istati Membri jkunu għażlu li jintroduċu t-tali tikketta.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ bini, meta l-konformità ma’ dawk il-paragrafi tkun sproporzjonata, mil-lat ta’ spejjeż għal sidien individwali jew konġunti abbażi ta’ elementi oġġettivi. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw dawn il-kategoriji tal-bini abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati kif xieraq u proporzjonati.
|
|
Artikolu 10 8.
|
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, abbażi ta’ raġunijiet debitament sostanzjati u proporzjonati, it-tipi ta’ bini, bħal kategoriji speċifiċi ta’ monumenti, bini storiku, bini militari u bini użat għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, kif definit fil-liġi nazzjonali, li għandhom ikunu eżentati mill-obbligi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jew li għalihom dawn l-obbligi għandhom japplikaw b’adattamenti tekniċi xierqa. L-informazzjoni dwar dawn il-kategoriji tal-bini għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|