+Artikolu 11
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.

Artikolu 11

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Soġġett għall-paragrafu 3, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà, kull fornitur ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkollu d-dritt li jintroduċi n-network tiegħu bi spejjeż tiegħu sal-punt ta’ aċċess.
Artikolu 11 2.
Soġġett għall-paragrafu 3, kull fornitur ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkollu d-dritt tal-aċċess għal kwalunkwe infrastruttura fiżika eżistenti fil-bini biex jimplimenta elementi ta’ VHCNs jekk id-duplikazzjoni tkun teknikament impossibbli jew ekonomikament ineffiċjenti.
Artikolu 11 3.
Kull detentur ta’ dritt li juża l-punt ta’ aċċess u l-infrastruttura fiżika fil-bini għandu jissodisfa t-talbiet bil-miktub raġonevoli kollha tal-aċċess għall-punt ta’ aċċess u għall-infrastruttura fiżika fil-bini mingħand il-fornituri tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż il-prezz, meta xieraq. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti ddettaljati relatati ma’ aspetti amministrattivi tat-talba.
Artikolu 11 4.
Fin-nuqqas ta’ infrastruttura fiżika disponibbli fil-bini lesta għall-fibra, kull fornitur ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkollu d-dritt li jtemm in-network tiegħu fil-bini tal-abbonat, soġġett għall-qbil tas-sid u/jew tal-abbonat, f’konformità mal-liġi nazzjonali, bl-użu tal-infrastruttura fiżika eżistenti fil-bini, sal-punt li tkun disponibbli u aċċessibbli skont il-paragrafu 3, u dment li din timminimizza l-impatt fuq il-proprjetà privata ta’ partijiet terzi.
Artikolu 11 5.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-proprjetà tas-sid tal-punt ta’ aċċess jew tal-infrastruttura fiżika fil-bini fejn id-detentur ta’ dritt għall-użu ta’ dik l-infrastruttura jew dak il-punt ta’ aċċess ma jkunx is-sid, u għad-dritt għall-proprjetà ta’ partijiet terzi oħra, bħas-sidien tal-artijiet u s-sidien tal-bini.
Artikolu 11 6.
Sat-12 ta’ Novembru 2025, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, mal-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim u ma’ korpi jew aġenziji kompetenti oħra tal-Unjoni fis-setturi rilevanti kif xieraq, u b’kont meħud ta’ prinċipji stabbiliti sew u tas-sitwazzjoni distinta fl-Istati Membri kollha, il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jippubblika linji gwida dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika fil-bini, inkluż dwar l-applikazzjoni ta’ termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, u l-kriterji li jenħtieġ li jsegwu l-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim meta jsolvu tilwim.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.