+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.

Artikolu 16

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Sat-12 ta’ Mejju 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi sommarju tal-impatt tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament u valutazzjoni tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tiegħu, inkluż jekk dan ir-Regolament jistax jikkontribwixxi aktar biex jintlaħqu l-miri tal-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 u, jekk iva, kif.

Ir-rapport għandu jinkludi żviluppi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom impatt potenzjali fuq il-progress lejn l-implimentazzjoni rapida u estensiva tal-VHCN, f’żoni rurali, insulari u remoti, bħall-gżejjer u r-reġjuni muntanjużi u b’popolazzjoni baxxa, kif ukoll fuq l-evoluzzjoni tas-suq għall-infrastruttura ta’ torrijiet, u l-adozzjoni ta’ diversi soluzzjonijiet ta’ backhauling inkluż backhauling bis-satellita fil-konnettività diġitali ta’ veloċità għolja.

Artikolu 16 2.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mingħand l-Istati Membri, li trid tiġi sottomessa mingħajr dewmien żejjed. B’mod partikolari, sat-12 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, permezz tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit skont l-Artikolu 118 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jistipulaw indikaturi biex jiġu mmonitorjati b’mod adegwat l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-mekkaniżmu biex jiġi żgurat il-ġbir perjodiku tad-data u r-rappurtar ta’ dan lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.