+Artikolu 4 6.

Artikolu 4 6.

L-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, skont kif xieraq fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-grupp ta’ prodotti, jinkludu kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

fejn dan ikun meħtieġ għas-sorveljanza effettiva tas-suq:

(i) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fl-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 29(7), skont kif applikabbli, wara li l-prodott rilevanti jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz, b’kont meħud tan-natura tal-prodott jew tar-rekwiżiti tal-ekodisinn ikkonċernati;

(ii) 

l-operaturi ekonomiċi jipprovdu, fuq talba, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fih wara li dak il-prodott ikun ġie fornit;

(iii) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mingħajr ma tkun meħtieġa talba, f’konformità mal-Artikolu 36(3);

(iv) 

l-atturi tal-katina tal-provvista jikkonformaw mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 38.

(b) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott kopert minn dawk l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 37(1);

(c) 

fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-enerġija tal-prodotti jew sabiex jiġu żviluppati rekwiżiti futuri għall-ekodisinn:

(i) 

il-prodotti jkunu jistgħu jkejlu l-enerġija li jikkonsmaw jew il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, f’konformità mal-Artikolu 37(2);

(ii) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-punt (i) u jirrapportaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 37(4);

(iii) 

l-għodod diġitali jkunu jistgħu jintużaw biex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I, f’konformità mal-Artikolu 39(2);

(d) 

sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-regoli dwar il-markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, għall-prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit li l-markatura CE titwaħħal qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 47.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.