+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludu tal-anqas l-elementi elenkati fl-Artikolu 8. Tali rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbbiliti f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 u mal-Kapitolu III.
Artikolu 4 2.
Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-possibbiltà li jiġi stabbilit li mhu meħtieġ li jiġi stabbilit l-ebda rekwiżit tal-prestazzjoni, l-ebda rekwiżit ta’ informazzjoni jew l-ebda rekwiżit la ta’ prestazzjoni u lanqas ta’ informazzjoni għal ċerti parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I meta rekwiżit relatat ma’ dawk il-parametri speċifiċi tal-prodott ikollu impatt negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-ekodisinn meqjusa għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.
Artikolu 4 3.
Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi l-possibbiltà li jiġi adottat att delegat li jistabbilixxi li l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn mhu meħtieġ għal grupp ta’ prodotti.
Artikolu 4 4.
Fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operaturi ekonomiċi biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dawk l-atti delegati, b’mod partikolari filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi. Id-data ta’ applikazzjoni tal-att delegat ma għandhiex tkun aktar kmieni minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, għall-att kollu jew għal xi rekwiżiti speċifiċi, jew ħlief f’każijiet ta’ tħassir parzjali jew emenda ta’ atti delegati, fejn tista’ tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni aktar kmieni.
Artikolu 4 5.
Fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità jew mill-modulu A stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-moduli B sa H1 stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tar-rekwiżiti tal-prodott jew tal-ekodisinn ikkonċernati, f’konformità mal-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

Meta moduli differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE jridu jintużaw skont liġi oħra tal-Unjoni għall-istess prodott, il-modulu previst fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għar-rekwiżit tal-ekodisinn ikkonċernat;

Meta dan ir-Regolament, fejn xieraq, japplika għal grupp ta’ prodotti b’mod komplementari għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-“Regolament dwar il-prodotti għall-bini”), l-att delegat adottat skont il-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe sistema prevista skont miżura fil-qafas tar-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-grupp ta’ prodotti, ir-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn u l-kost għall-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 4 6.

L-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, skont kif xieraq fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-grupp ta’ prodotti, jinkludu kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

fejn dan ikun meħtieġ għas-sorveljanza effettiva tas-suq:

(i) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fl-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 29(7), skont kif applikabbli, wara li l-prodott rilevanti jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz, b’kont meħud tan-natura tal-prodott jew tar-rekwiżiti tal-ekodisinn ikkonċernati;

(ii) 

l-operaturi ekonomiċi jipprovdu, fuq talba, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fih wara li dak il-prodott ikun ġie fornit;

(iii) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mingħajr ma tkun meħtieġa talba, f’konformità mal-Artikolu 36(3);

(iv) 

l-atturi tal-katina tal-provvista jikkonformaw mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 38.

(b) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott kopert minn dawk l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 37(1);

(c) 

fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-enerġija tal-prodotti jew sabiex jiġu żviluppati rekwiżiti futuri għall-ekodisinn:

(i) 

il-prodotti jkunu jistgħu jkejlu l-enerġija li jikkonsmaw jew il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, f’konformità mal-Artikolu 37(2);

(ii) 

il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-punt (i) u jirrapportaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 37(4);

(iii) 

l-għodod diġitali jkunu jistgħu jintużaw biex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I, f’konformità mal-Artikolu 39(2);

(d) 

sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-regoli dwar il-markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, għall-prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit li l-markatura CE titwaħħal qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 47.

Artikolu 4 7.
L-ewwel att delegat li jrid jiġi adottat skont dan l-Artikolu ma għandux jidħol fis-seħħ qabel id-19 ta’ Lulju 2025.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.