+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 2.

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom:

(a) 

jinkludu, bħala minimu, rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fil-Kapitolu III u rekwiżiti relatati ma’ sustanzi ta’ tħassib stabbiliti fil-paragrafu 5;

(b) 

kif xieraq, jirrikjedu wkoll li l-prodotti jkunu akkumpanjati minn:

(i) 

informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ wieħed mill-parametri tal-prodott jew aktar imsemmija fl-Anness I, inkluż punteġġ tal-possibbiltà ta’ tiswija, punteġġ tad-durabbiltà, impronta tal-karbonju jew impronta ambjentali;

(ii) 

informazzjoni għall-klijenti u għal atturi oħra dwar kif jinstallaw, jużaw, iżommu u jsewwu l-prodott, biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiżguraw l-aħjar durabbiltà, dwar kif jinstallaw sistemi operattivi ta’ partijiet terzi fejn ikun rilevanti, kif ukoll dwar il-ġbir għar-rinnovazzjoni jew il-manifattura mill-ġdid, u dwar kif jirritornaw jew jimmaniġġaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja;

(iii) 

informazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament dwar iż-żarmar, l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja;

(iv) 

informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-għażliet tal-prodott sostenibbli għall-klijenti u l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat minn partijiet għajr il-manifattur biex jiġu ffaċilitati l-użu xieraq, l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-valur u t-trattament xieraq fit-tmiem tal-ħajja;

(c) 

ikunu ċari, jinftiehmu faċilment u mfassla għall-karatteristiċi partikolari tal-gruppi ta’ prodotti kkonċernati u għal dawk maħsuba li jirċievu l-informazzjoni.

Jista’ jiġi stabbilit rekwiżit ta’ informazzjoni għal parametru speċifiku tal-prodott irrispettivament minn jekk jiġix stabbilit rekwiżit tal-prestazzjoni għal dak il-parametru speċifiku tal-prodott.

Meta att delegat ikun fih rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.