+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
|
Artikolu 7
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mal-aspetti tal-prodott, kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom:
(a)
jinkludu, bħala minimu, rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fil-Kapitolu III u rekwiżiti relatati ma’ sustanzi ta’ tħassib stabbiliti fil-paragrafu 5;
(b)
kif xieraq, jirrikjedu wkoll li l-prodotti jkunu akkumpanjati minn:
(i)
informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ wieħed mill-parametri tal-prodott jew aktar imsemmija fl-Anness I, inkluż punteġġ tal-possibbiltà ta’ tiswija, punteġġ tad-durabbiltà, impronta tal-karbonju jew impronta ambjentali;
(ii)
informazzjoni għall-klijenti u għal atturi oħra dwar kif jinstallaw, jużaw, iżommu u jsewwu l-prodott, biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiżguraw l-aħjar durabbiltà, dwar kif jinstallaw sistemi operattivi ta’ partijiet terzi fejn ikun rilevanti, kif ukoll dwar il-ġbir għar-rinnovazzjoni jew il-manifattura mill-ġdid, u dwar kif jirritornaw jew jimmaniġġaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja;
(iii)
informazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament dwar iż-żarmar, l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja;
(iv)
informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-għażliet tal-prodott sostenibbli għall-klijenti u l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat minn partijiet għajr il-manifattur biex jiġu ffaċilitati l-użu xieraq, l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-valur u t-trattament xieraq fit-tmiem tal-ħajja;
(c)
ikunu ċari, jinftiehmu faċilment u mfassla għall-karatteristiċi partikolari tal-gruppi ta’ prodotti kkonċernati u għal dawk maħsuba li jirċievu l-informazzjoni.
Jista’ jiġi stabbilit rekwiżit ta’ informazzjoni għal parametru speċifiku tal-prodott irrispettivament minn jekk jiġix stabbilit rekwiżit tal-prestazzjoni għal dak il-parametru speċifiku tal-prodott. Meta att delegat ikun fih rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni bbażati fuq il-parametru tal-prodott stabbilit fl-Anness I, il-punt (f), ma għandhomx jikkonċernaw it-tikkettar ta’ sustanzi jew taħlitiet għal raġunijiet relatati primarjament mal-perikli tagħhom għas-saħħa jew għall-ambjent.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-grupp ta’ prodotti, tiddetermina l-klassijiet ta’ prestazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tibbaża l-klassijiet ta’ prestazzjoni fuq parametri uniċi jew fuq punteġġi aggregati. Tali klassijiet ta’ prestazzjoni jistgħu jiġu espressi f’termini assoluti jew fi kwalunkwe forma oħra li tippermetti lill-klijenti potenzjali jagħżlu l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni. Dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal titjib sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni. Meta l-klassijiet ta’ prestazzjoni jkunu bbażati fuq parametri li fir-rigward tagħhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-klassi l-aktar baxxa għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni minima meħtieġa fil-mument meta jibdew japplikaw il-klassijiet ta’ prestazzjoni.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-paragrafu 6, il-punt (b), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu ttraċċati s-sustanzi ta’ tħassib, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti kkonċernati, sakemm tali traċċar ma jkunx diġà possibbli skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej:
(a)
L-isem jew il-kodiċi numeriku tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott, kif ġej:
(i)
l-isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC), jew isem internazzjonali ieħor meta l-isem IUPAC ma jkunx disponibbli;
(ii)
ismijiet oħra, inkluż l-isem tas-soltu, l-isem kummerċjali, l-abbrevjazzjoni;
(iii)
in-numru tal-Komunità Ewropea (KE), kif indikat fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS), il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS) jew il-lista ta’ Mhux Aktar Polimeri (NLP) jew in-numru assenjat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), jekk ikun disponibbli u xieraq;
(iv)
l-isem u n-numru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS), jekk disponibbli;
(b)
il-post fejn jinsabu s-sustanzi ta’ tħassib fil-prodott;
(c)
il-konċentrazzjoni, il-konċentrazzjoni massima jew il-firxa ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib, fil-livell tal-prodott, il-komponenti rilevanti tiegħu, jew l-ispare parts;
(d)
istruzzjonijiet rilevanti għall-użu sikur tal-prodott;
(e)
informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.
Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun xieraq għall-grupp ta’ prodotti kkonċernati, tistabbilixxi limiti minimi għal meta għandu japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni rigward is-sustanzi ta’ tħassib.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4, din għandha, fejn ikun rilevanti:
(a)
tistabbilixxi dati tal-applikazzjoni ta’ tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, filwaqt li tagħmel differenza bejn is-sustanzi ta’ tħassib fejn ikun meħtieġ;
(b)
tipprovdi eżenzjonijiet debitament ġustifikati għal sustanzi ta’ tħassib jew għal elementi ta’ informazzjoni mit-tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, abbażi tal-fattibbiltà teknika jew ir-rilevanza tal-intraċċar tas-sustanzi ta’ tħassib, l-eżistenza ta’ metodi analitiċi biex dawn jiġu identifikati u kkwantifikati, il-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati; is-sustanzi ta’ tħassib skont it-tifsira tal-Artikolu 2(27), il-punt (a), ma għandhomx jiġu eżentati jekk ikunu preżenti fil-prodotti, fil-komponenti rilevanti tagħhom jew fl-ispare parts tagħhom b’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,1 % tal-piż skont il-piż. u
(c)
tiżgura l-konsistenza mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni u timminimizza l-piż amministrattiv, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi xierqa.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jindikaw il-mod li bih trid issir disponibbli l-informazzjoni meħtieġa. Meta passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fih u, fejn xieraq, għandha tingħata wkoll f’waħda mill-forom li ġejjin jew aktar:
(b)
fuq l-imballaġġ tal-prodott;
(c)
fuq tabella msemmija fl-Artikolu 16;
(d)
f’manwal għall-utenti jew f’dokumentazzjoni oħra li takkumpanja l-prodott;
(e)
fuq sit web jew applikazzjoni b’aċċess liberu.
L-informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu traċċati s-sustanzi ta’ tħassib skont il-paragrafu 5 għandha tingħata jew fuq il-prodott jew tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott.
|
|
Artikolu 7 8.
|
L-informazzjoni li trid tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandha tingħata b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif determinat mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu l-prodott għandu jkun disponibbli fis-suq jew li fih għandu jitqiegħed fis-servizz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|