|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
(a)
għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur persistenti uniku tal-prodott;
(b)
il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott, kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
(c)
il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott għandhom jikkonformaw ma’ wieħed jew aktar mill-istandards imsemmija fl-Anness III, it-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
(d)
id-data kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli, u għandha, fejn ikun xieraq, tkun tista’ tinqara minn magna, tkun strutturata, tista’ titfittex, u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data miftuħa u interoperabbli mingħajr lock-in tal-bejjiegħ, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11;
(e)
id-data personali relatata mal-klijenti ma għandhiex tinħażen fil-passaport diġitali tal-prodotti mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679;
(f)
id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tirreferi għall-mudell, il-lott jew l-oġġett tal-prodott kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(g)
l-aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun regolat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11 u bid-drittijiet speċifiċi ta’ aċċess fil-livell tal-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (c), u t-tieni paragrafu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandards jew billi żżid standards Ewropej jew internazzjonali oħrajn li magħhom il-mezzi ta’ data, l-identifikaturi uniċi tal-operatur u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità jeħtiġilhom jikkonformaw sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|