+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

Il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a) 

għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur persistenti uniku tal-prodott;

(b) 

il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott, kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;

(c) 

il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott għandhom jikkonformaw ma’ wieħed jew aktar mill-istandards imsemmija fl-Anness III, it-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(d) 

id-data kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli, u għandha, fejn ikun xieraq, tkun tista’ tinqara minn magna, tkun strutturata, tista’ titfittex, u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data miftuħa u interoperabbli mingħajr lock-in tal-bejjiegħ, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11;

(e) 

id-data personali relatata mal-klijenti ma għandhiex tinħażen fil-passaport diġitali tal-prodotti mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(f) 

id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tirreferi għall-mudell, il-lott jew l-oġġett tal-prodott kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;

(g) 

l-aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun regolat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11 u bid-drittijiet speċifiċi ta’ aċċess fil-livell tal-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (c), u t-tieni paragrafu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandards jew billi żżid standards Ewropej jew internazzjonali oħrajn li magħhom il-mezzi ta’ data, l-identifikaturi uniċi tal-operatur u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità jeħtiġilhom jikkonformaw sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Artikolu 10 2.
Meta liġi oħra tal-Unjoni tkun teħtieġ jew tippermetti l-inklużjoni ta’ data speċifika fil-passaport diġitali tal-prodotti, dik id-data tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 10 3.

L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu:

(a) 

jipprovdi lin-negozjanti u lill-fornituri tas-swieq online b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott, kif rilevanti, biex jippermettilhom jagħmlu l-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott aċċessibbli għall-klijenti potenzjali meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott.

(b) 

jipprovdi kopja diġitali msemmija fil-punt (a) jew link ta’ paġna web mingħajr ħlas fil-pront u f’kull każ fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba biex jagħmel dan.

Artikolu 10 4.
L-operatur ekonomiku, meta jqiegħed il-prodott fis-suq, għandu jagħmel disponibbli kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.