|
+Artikolu 11 |
Artikolu 11Artikolu 11 Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
(a)
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun kompletament interoperabbli ma’ passaporti oħra diġitali tal-prodotti meħtieġa minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
(b)
il-klijenti, il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, in-negozjanti, is-sewwejja professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-għaqdiet tal-ħaddiema u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għall-passaport diġitali tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
(c)
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti;
(d)
meta jinħoloq passaport diġitali tal-prodotti ġdid għal prodott li diġà jkollu passaport diġitali tal-prodotti, il-passaport diġitali tal-prodotti l-ġdid għandu jkun marbut mal-passaport(i) diġitali tal-prodotti oriġinali;
(e)
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli għall-perjodu speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tal-passaport diġitali tal-prodotti;
(f)
id-drittijiet għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jiġu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
(g)
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;
(h)
il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevita l-frodi. Jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jinħażen skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jew jiġi pproċessat b’mod ieħor minn fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti, skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk il-fornituri terzi indipendenti ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti m’għandhomx ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar, sakemm mhux bi qbil speċifiku mal-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ passport diġitali tal-prodotti jeħtieġ li jikkonformaw magħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru tali fornituri, u, fejn xieraq, skema ta’ ċertifikazzjoni biex tivverifika l-konformità ma’ tali rekwiżiti, u billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi jeħtieġ jikkonformaw magħhom meta jipprovdu servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħruġ u l-verifika tal-kredenzjali diġitali tal-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra li għandhom drittijiet ta’ aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|