+KAPITOLU III IL-PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI
---+Artikolu 9
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 10
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 13
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
------+Artikolu 13 5.
------+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 14
---+Artikolu 15
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.

KAPITOLU III IL-PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI

KAPITOLU III IL-PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9
Artikolu 10
Artikolu 11

Artikolu 11

Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti

Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a) 

il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun kompletament interoperabbli ma’ passaporti oħra diġitali tal-prodotti meħtieġa minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;

(b) 

il-klijenti, il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, in-negozjanti, is-sewwejja professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-għaqdiet tal-ħaddiema u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għall-passaport diġitali tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;

(c) 

il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti;

(d) 

meta jinħoloq passaport diġitali tal-prodotti ġdid għal prodott li diġà jkollu passaport diġitali tal-prodotti, il-passaport diġitali tal-prodotti l-ġdid għandu jkun marbut mal-passaport(i) diġitali tal-prodotti oriġinali;

(e) 

il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli għall-perjodu speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tal-passaport diġitali tal-prodotti;

(f) 

id-drittijiet għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jiġu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.

(g) 

għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;

(h) 

il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevita l-frodi.

Jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jinħażen skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jew jiġi pproċessat b’mod ieħor minn fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti, skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk il-fornituri terzi indipendenti ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti m’għandhomx ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar, sakemm mhux bi qbil speċifiku mal-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ passport diġitali tal-prodotti jeħtieġ li jikkonformaw magħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru tali fornituri, u, fejn xieraq, skema ta’ ċertifikazzjoni biex tivverifika l-konformità ma’ tali rekwiżiti, u billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi jeħtieġ jikkonformaw magħhom meta jipprovdu servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħruġ u l-verifika tal-kredenzjali diġitali tal-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra li għandhom drittijiet ta’ aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).

Artikolu 12
Artikolu 13
Artikolu 14

Artikolu 14

Portal web għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi portal web aċċessibbli għall-pubbliku li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jfittxu u jqabblu d-data inkluża fil-passaporti diġitali tal-prodotti. Il-portal web għandu jitfassal biex jiggarantixxi li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jfittxu u jqabblu d-data b’mod li hu konsistenti mad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.

Artikolu 15

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.